IL-PRIM MINISTRU JIPPARTEĊIPA FIL-LAQGĦA TAL-PARTITI DEMOKRISTJANI INTERNAZZJONALI
PR169
12/02/2004
Il-Prim Ministru, l-Onor. Dr. Eddie Fenech Adami, illum ħalla Malta għal Madrid fejn se jipparteċipa fil-laqgħa tal-Partiti Demokristjani Internazzjonali.
Huwa ġie mistieden biex jipparteċipa f’din il-laqgħa mill-President taċ-CDI (Christian Democrat and People’s Parties International), Josè Maria Aznar. Iċ-CDI taħdem għat-tisħiħ tad-Demokrazija, il-paċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp sħiħ tal-bniedem, b’ħarsien soċjali u b’rispett lejn l-ambjent.
Il-Prim Ministru se jkun akkumpanjat mill-Onor. Jason Azzopardi. Huwa mistenni lura Malta għada l-Ġimgħa, 13 ta’ Frar.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en