TWEĠIBA GĦALL-ISTQARRIJA TA’ L-UNION ĦADDIEMA MAGĦQUDIN DWAR L-IMPJEGATI TA’ L-ONBOARD SERVICES LIMITED
Il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni jirreferi għall-istqarrija ta’ l-Union Ħaddiema Magħqudin li ġġib it-titlu ‘Ħaddiema Għawdxin jitilfu l-impjieg”.
Il-Ministeru ma japprezza xejn li jiġi akkużat għal xejn li qal “nofs verità”.
Fil-kummenti lill-istampa, kif ripetut mill-istqarrija tal-UĦM stess, il-Ministru Austin Gatt spjega kif ebda impjegat tal-Gozo Channel Co. Ltd. ma nġiegħel jitlaq mix-xogħol minkejja r-ristrutturar tal-kumpanija. Il-Ministru Gatt spjega wkoll li waħda mill-miżuri tar-ristrutturar hi li m’hux se titkompla l-prattika li s-servizzi tal-kafetterija jkunu kuntrattati barra l-kumpanija.
Kuntrarju għal dak li donna trid tissuġġerixxi l-UĦM, Onboard Services Ltd m’hix xi sussidjarja tal-Gozo Channel Co. Ltd u l-impjegati ta’ l-Onboard Services Ltd m’humiex b’xi mod dirett jew indirett impjegati tal-Gozo Channel Co. Ltd.
Il-Gozo Channel Co. Ltd onorat il-kuntratt tagħha ma’ dan il-kuntrattur (kif tagħmel mal-ħafna kuntratturi li jipprovdulha servizzi differenti) u meta l-kuntratt eżawrixxa ruħu, is-servizz ma kompliex jinxtara.
Is-suġġeriment li “skond il-Ministru Austin Gatt [l-impjegati t’Onboard Services Ltd] għandhom imorru jirreġistraw u jfittxu xogħol alternattiv” jagħti l-impressjoni li d-deċiżjoni li l-Onboard Services Ltd tkeċċi l-ħaddiema tagħha ħadha l-Gvern. Id-deċiżjoni ħaditha l-Onboard Services Ltd weħidha u xejn fl-aġir tal-Gvern jew tal-Gozo Channel Co. Ltd ma rrenda din id-deċiżjoni inevitabbli.
DOI - 28.10.2004
5.46 Kbytes Last Modified on 28th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946