Left arrow Go Back

STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA’ U KOMUNIKAZZJONI U L-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX DWAR SERVIZZI TA’ L-AJRU BEJN MALTA U GHAWDEX

PR1686
Date Icon 27/10/2004

Il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni flimkien mal-Ministeru għal Għawdex jagħmlu riferenza għall-konferenza tal-aħbarijiet indirizzata llum mill-Kap tal-Oppożizzjoni f’Ghawdex u għandhom is-segwenti kummenti x’jagħmlu.    

Kronoloġija tal-fatti:  

Bidu ta’ NovembruĦruġ għas-sejħa ta’ interess għas-servizz tal-ajru bejn Malta u Għawdex
31 ta’ Diċembru 2003Egħluq għall-sejħa ta’ interess għas-servizz tal-ajru bejn Malta u Għawdex
14 ta’ Jannar 2004Il-Gvern iddeċieda li jsir studju indipendenti fuq is-saħħa finanzjarja tal-kumpaniji li ssottomettew l-offerti tagħhom
22 ta’ Marzu 2004L-istudju kien konkluż
3 ta’ Mejju 2004Il-Gvern jiddeċiedi li jiġi ffurmat tim ta’ negozjaturi biex jiddiskuti l-offerti mal-kumpaniji
23 ta’ Lulju 2004It-tim ta’ negozjaturi jissottometti r-rapport tiegħu lill-Gvern
2 ta’ Awissu 2004Il-Gvern jiddeċiedi li għandu jiġi pprovdut servizz ta’ helicopter u li jiddiskuti ma’ żewġ kumpaniji li kienu l-aktar vantaġġjużi, konformi ma’ l-istandards rikjesti u finanzjarjament stabbli.
6 ta’ Settembru 2004Il-Gvern jiġi nfurmat li minn dawn iż-żewġ kumpaniji, kienet waħda biss, dik Ingliża, il-Veritair (British International Helicopters), li baqgħet turi nteress attiv fl-offerta sottomessa minnha
29 ta’ Settembru 2004Rappreżentanti tal-kumpanija Veritair iżuru Malta u jiltaqgħu mal-Gvern u entitajiet oħra biex jisottomettu proposti aktar dettaljati
7 ta’ Ottubru 2004Il-Veritair jikkomunikaw mal-Gvern li fl-interess tal-kumpanija tagħhom kien diffiċili ħafna li s-servizz jibda fl-1 ta’ Novembru li ġej. Dan ma kienx aċċettabbli għall-Gvern għaliex ried jipprova jassigura kontinwita’ fis-servizz tal-ajru u talab lill-Veritair jirrikonsideraw il-pozizzjoni tagħhom.
17 ta’ Ottubru 2004Il-Veritair jibgħatu lista ta’ proposti aktar dettaljati, uħud minnhom mhux aċċettabbli għall-Gvern
19 ta’ Ottubru 2004Il-Veritair jerġgħu iżuru Malta fuq talba tal-Gvern biex ikomplu n-negozjati li jistgħu iwasslu għal ftehim
26 ta’ Ottubru 2004Il-Veritair jinformaw lill-Gvern fuq aspetti li jistgħu jiġu aċċettati b’mod pożittiv miż-żewg partijiet, u għalhekk in-negozjati ser ikomplu. Dan xorta ma jfissirx li s-servizz hu garantit li jibda fl-1 ta’ Novembru li ġej.

Il-Gvern wara li wera l-pożizzjoni tiegħu ċara fuq diveri materji relatati mal-provvediment tas-servizz issa qiegħed jistenna li l-kumpanija Veritair tikkomunika d-deċiżjoni tagħha fil-jiem li ġejjin wara li tkun għamlet id-diskussjonijiet interni meħtieġa nhar id-29 ta’ Ottubru li ġej.  

Tajjeb jingħad li f’dan l-istadju li jkun hemm bżonn li fil-heliport ta’ Għawdex isir xogħol ta’ twittigħa u kisi ta’ tul ta’ madwar 200 metru f’tarf l-istrippa li hemm illum għall-użu f’każ ta’ emerġenza.  

Issa, meta għaddejin negozjati dwar materja li hi ta’ nteress nazzjonali, il-Kap tal-Oppożizzjoni qiegħed imexxi kampanja oħra ta’ miżinformazzjoni minħabba li għadu ma ntlaħaqx ftehim mal-kumpanija magħżula mill-Gvern. Fl-interess tas-serjeta’ u tar-raġuni, kummenti partiġġjani bħal dawn huma ntiżi biss biex ifixklu jew iwaqqfu l-proċess delikat tan-negozjati li għaddejin bħalissa, bir-riżultat li sforz din l-immaturita’ politika jiġu ġġenerati effetti negattivi fuq aspetti ekonomiċi u soċjali tal-pajjiż in ġenerali.  

Il-Gvern hu kommess li jingħata dan is-servizz tal-ajru bejn Malta u Għawdex u hu konvint li fiż-żmien qasir dan jerġa jibda jingħata fuq bażi aktar soda, u li jkun ta’ min jorbot aktar fuqu, biex kif għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni llum, dawk li jużawħ ikollhom mezz ta’ transport alternattiv filwaqt li l-istess servizz iġib miegħu vantaġġi u opportunitajiet ġodda ta’ turiżmu u xogħol f’Għawdex.    

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow