Left arrow Go Back

IL-PJAN NAZZJONALI TA’ ALLOKAZZJONI TA’ MALTA IPPREŻENTAT LILL-KUMMISSJONI EWROPEA

PR1683
Date Icon 27/10/2004

Il-Pjan Nazzjonali ta’ Allokazzjoni ta’ Malta kien approvat mill-Kabinett il-ġimgħa li għaddiet u issa ġie ippreżentat lill-Kummissjoni Ewropea.  

Kull Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea hu marbut taħt l-iskema ta’ ftehim dwar l-emissjonijiet ta’ gass magħrufin bħala greenhouse gases li jkollu Pjan Nazzjonali ta’ Allokazzjoni.  Dan il-Pjan jindika l-kwantita’ totali ta’ emissjonijiet li għandhom ikunu allokati għal impjanti li jipproduċu ħafna gassijiet.  Din l-iskema hija ntiża biex twassal lill-Unjoni Ewropea tilħaq bl-anqas spejjeż possibli, l-miri għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ greenhouse gases.  Din l-iskema se tibda fl-1 ta’ Jannar, 2005 għall-perjodu inizjali ta’ tlett snin sa’ l-2007.  

L-entitajiet li jaqbżu l-allokazzjoni annwali jiġu mmultati.  Taħt l-iskema ta’ ftehim, entita’ li jkollha allokazzjoni akbar mill-bżonnijiet tagħha, tista’ tbiegħ l-allokazzjoni żejda lill-entita’ oħra li tkun se taqbeż l-allokazzjoni tagħha.  B’hekk, entita’ tista’ tagħżel li tixtri allokazzjoni minflok tiffaċċja penali akbar.  

Kull Pjan ikun mgħoddi minn skrutinju mill-Kummissjoni u l-Istati Membri l-oħra biex ikun assigurat li ebda entita’ ma tkun ingħatat allokazzjoni akbar mill-bżonn tagħha li jmur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni.  Biex ikun assigurat li s-suq jiffunzjona kif jixraq, l-Istati Membri jridu jżommu reġistru ta’ l-allokazzjonijiet u tat-transazzjonijiet li jsiru kif ukoll dettalji tal-monitoraġġ.  

Dawn l-allokazzjonijiet se jirrigwardaw iż-żewġ power stations li tħaddem l-Enemalta.  Il-Pjan Nazzjonali ta’ Allokazzjoni ta’ Malta jipprovdi għal żieda fl-emissjonijiet skond il-kalkoli ta’ tkabbir fiż-żieda tad-domanda ta’ l-elettriku.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow