MINN ATENI GHAL … ATENI
Dan l-ahhar, il-Ministru responsabbli mill-Edukazzjoni u l-iSport Louis Galea gie prezentat b'kopja tal-ktieb "Minn Ateni ghal Ateni" mill-Imhallef Lino Farrugia Sacco, President tal-Kumitat Olimpiku Malti, fil-prezenza tas-sur Lewis Portelli, l-awtur tal-ktieb, u tas-Sur Joe Cassar, segretarju tal-Kumitat Olimpiku Malti.
Lewis Portelli spjega lill-Ministru Galea, li dan kien il-hames ktieb fis-sensiela "Minn Ateni ghal...." Edizzjonijiet precedenti jinkludu Seoul (1988); Barcellona (1992); Atlanta (1996); Sydney (2000) u issa Ateni (2004).
Din id-darba, il-ktieb gie rivedut minn qoxra sa qoxra u giet moghtija ukoll attenzjoni ghal xi dettalji zghar. Tant hu hekk li dan huwa l-aktar ktieb preciz u ezatt f'din is-sensiela.
Il-Ministru Galea rringrazzja lill-Kumitat Olimpiku Malti u b'mod partikolari lil Lewis Portelli ghal dan ix-xoghol sabieh li jaghti harsa lejn l-Loghob Olimpiku sa mill-ewwel Loghbiet fl-1896 sal-lum.
"Minn Ateni ghal Ateni" jiffoka b'mod partikolari dwar is-sehem ta' Malta f'dan il-loghob. Il-ktieb jinkludi r-rizultati kollha tal-Maltin minn mindu Malta hadet sehem f'din l-ikbar manifestazzjoni sportiva fid-dinja f'Amsterdam fl-1928.
"Minn Ateni ghal Ateni" se jitqassam f'numru ta' skejjel, libreriji, u lill-ghaqdiet sportivi biex ikomplu jinfirxu l-ideali Olimpici fos
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946