Left arrow Mur Lura

IL-POEŻIJA BĦALA PARTI MILL-PATRIMONJU LETTERARJU TA’ PAJJIŻNA

PR1673
Date Icon 26/10/2004

Iċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru s-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea kienu jiġbru fihom sensiela ta’ attivitajiet kulturali u popolari li jgħaqqdu lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.  

Matul dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ittellgħu programmi mużikali, wirjiet ta’ logħob tan-nar, spettakli ta’ kant u żfin, festivals fit-toroq u festivals taż-żgħażagħ li nkludew kompożizzjonijiet minn artisti lokali, kunċerti minn artisti Maltin ta’ fama internazzjonali, kunċerti orkestrali u korali, kunċerti vokali u strumentali, wirjiet minn artisti Maltin u re-enactments.  

L-Għaqda Poeti Maltin ukoll riedet li tagħti sehemha fiċ-ċelebrazzjonijiet billi tippubblika Antoloġija ta’ Poeżiji mill-membri tagħha b’lingwi differenti. Il-poeżiji miktuba għal din l-okkażjoni huma bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan u bil-Franċiż. Il-ħsieb kien li din l-Antoloġija tiġi ppreżentata fil-pubbliku.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, l-Onor. Dr. Francis Zammit Dimech attenda  għall-preżentazzjoni ta’ din l-Antoloġija, fejn feraħ lill-Għaqda Poeti Maltin u b’mod partikolari lill-poeti li qed jippubblikaw ix-xogħlijiet tagħhom f’din l-Antoloġija. “Il-Poeżija tifforma parti mportanti mill-patrimonju letterarju ta’ pajjiżna li jiddistingwina minn kulturi oħra u hekk jagħmlu lil Malta aktar Maltija. Kien xieraq għalhekk li l-Poeti Maltin idewwqu lill-membri l-oħra ta’ l-Unjoni Ewropea ftit mill-patrimonju letterarju ta’ pajjiżna,” qal il-Ministru Francis Zammit Dimech meta rringrazzja lil kull min ħadem biex setgħet tiġi ppubblikata din l-antoloġija. Il-Ministru Zammit Dimech irringrazzja wkoll lill-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti għall-għajnuna finanzjarja li ta biex setgħet tkun ippubblikata din l-antoloġija.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow