Left arrow Mur Lura

JUM IL-MORDA CELEBRAT FIR-RESIDENZA SAN VINCENZ DE PAULE

PR167
Date Icon 11/02/2004

Il President ta’ Malta l-E. T. il-Prof. Guido de Marco dalghodu ghamel zjara fir-Residenza San Vincenz de Paule bhala parti mill-attivitajiet tal-lum fl-okkazjoni ta’ Jum il-Morda, iccelebrat mad-dinja kollha.

Il-President ta’ Malta kien milqugh mis-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru ghall-Politika Socjali Dr. Francis Agius, fejn dawwar lill-President mal-block il-gdid li ghadu kemm gie inawgurat f’Ottubru li ghadda. Il-President fahhar ix-xoghol li qed issir gewwa din ir-residenza u qal li dan jaghmel gieh lill-poplu kollu u juri kemm il-poplu ghandu ghal qalbu l-anzjani u ghalhekk dejjem jinvesti halli jara li l-anzjani jkollom l-ahjar mezz ta’ ghajxien.

Il-President gie mdawwar ukoll mal-Kappella ta’ l-istess residenza li kienet mibnija fis-sena 1892 fejn bhalissa ghaddej xoghol ta’ restawr kif ukoll sistema gdida ta’ dawl. Dr. Agius filwaqt li irringrazzja lill-President li minkejja l-agenda mimlija tieghu xorta sab hin biex f’gurnata ghaziza ghall-morda ikun jista’ jzurhom u jkollu l-opportunita’ li jitkellem maghhom. Dr. Agius qal li l-politika tal-Gvern hija wahda cara u diretta li jrid li l-anzjani jkollhom l-ahjar mezzi possibli halli jkollom hajja facli u inklussiva kemm jista’ jkun. Dr. Agius spega lill-President li fi ftit gimghat ohra ser tigi introdotta l-active ageing. Kuncett gdid li anzjani li ghadhom attivi jkollom il-facilitajiet kollha gewwa San Vincenz de Paule u b’hekk ikunu jistghu jintegraw maghhom anzjani residenti, fejn dawn flimkien jghinu lil xulxin halli jkomplu jintegraw u jahdmu flimkien bhal snajja’ u affarijiet ta’ dan it-tip. Dr. Agius kompla jispjega lill President li bhalissa ghaddej ix-xoghol fil-phase two fejn tiela’ blockiehor fejn issa ghandu jospita n-nisa.

Il-President il-Prof. Guido de Marco rringrazzja lil Dr. Francis Agius ghal-laqgha akkoljenti li kellu gewwa San Vincenz u awgura lil-anzjani kollha residenti li f’din il-gurnata ddedikata ghall-morda jharsu ’l quddiem b’ottimizmu lejn il-hajja u jaghmlu l-almu kollu taghhom halli jibqghu attivi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow