Left arrow Go Back

BANDISTI ŻGĦAŻAGĦ BIEX JAGĦMLU PARTI MILL-ORKESTRA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ TA’ L-UNJONI EWROPEA

PR1665
Date Icon 25/10/2004

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech ħabbar l-awdizzjonijiet għall-Orkestra taż-Żgħażagħ ta’ l-Unjoni Ewropea għal din is-sena waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li saret fil-Kavallier ta’ San Ġakbu – Ċentru għall-Kreattività. Francis Zammit Dimech qal li l-applikazzjonijiet kienu jagħlqu fil-15 ta’ Novembru.  

L-Orkestra taż-Żgħażagħ ta’ l-Unjoni Ewropea twaqqfet fl-1978 bl-iskop li tgħaqqad musiċisti żgħażagħ bl-ogħla talent. Għat-tieni sena, il-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti qed jistieden mużiċisti ta’ l-età ta’ bejn il-14 u l-24 sena biex japplikaw ħalli  jagħmlu parti minn din l-Orkestra.  

L-awdizzjonijiet biex mużiċisti żgħażagħ jingħaqdu ma’ din l-Orkestra jsiru kull sena. Din  is-sena s-sessjoni preliminari ser issir f’Malta f’nofs Diċembru.  Team lokali ta’ professjonisti se jeżamina l-applikazzjonijiet. Il-kandidat, jew kandidati magħżula, jitħarrġu u jerġgħu jsiru awdizzjonijiet minn panel ta’ l-Orkestra taż-Żgħażagħ ta’ l-UE f’nofs Jannar. Il-kandidat jew kandidati li jintagħżlu jkollhom l-opportunità li jaħdmu ma’ esperti u li jdoqqu ma’ l-Orkestra taż-Żgħażagħ ta’ l-UE fi swali kbar madwar id-dinja.  

“Iż-żgħażagħ Maltin huma mimlija talent u dan mhux nieqes fost il-mużiċisti tagħna. Wara awdizzjonijiet li saru fi Frar li għadda ntgħażel żagħżugħ Malti biex jifforma parti mill-Orkestra taż-Żgħażagħ ta’ l-UE filwaqt li żewġ żgħażagħ oħra tpoġġew fuq il-lista ta’ riserva.  L-għażla ta’ żgħażagħ biex jiffurmaw parti minn din l-Orkestra mhux biss tiftaħ orizzonti ġodda għal żgħażagħ mużiċisti Maltin iżda toħroġ it-talenti tal-Maltin ’l barra minn xtutna,” qal il-Ministru Zammit Dimech.  

“Fi żmien meta pajjiżna għaddej minn bidla kbira bħala riżultat tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea rridu nkomplu noħorġu dak kollu li jagħżilna minn pajjiżi oħra. It-talenti taż-żgħażagħ tagħna huma l-garanzija tad-diversità tagħna l-Maltin f”Unjoni Ewropea ta’ 25 nazzjon,” tenna l-Ministru ghat-Turiżmu u Kultura.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow