Left arrow Mur Lura

TITĦABBAR SKEDA TA’ LAQGĦAT TA’ INFORMAZZJONI DWAR IR-REGOLAMENTI TA’ L-IKEL MAGĦRUFA BĦALA L-HACCP

PR1656
Date Icon 22/10/2004

Is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żghar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vassallo, b’kollaborazzjoni mal-Malta Standards Authority u d-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, ser ikun qiegħed jorganizza numru ta’ laqgħat ta’ informazzjoni dwar il-HACCP (Hazard Analysis Critical Control Point System), li huma regolamenti dwar il-preparazzjoni ta’ l-ikel.  Dawn il-laqgħat ser isiru f’numru ta’ lokalitajiet differenti biex b’hekk dawk kollha li jixtiequ jattendu jistgħu jagħmlu dan fl-aktar lokalita` qrib tagħhom. 

Preżenti għal dawn il-laqgħat ser ikun hemm is-Sur John Attard Kingswell, mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, u s-Sur Martin Seychell, mill-Malta Standards Authority kif ukoll is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo.  Dawk preżenti ser ikollhom l-opportunita` li jistaqsu mistoqsijiet u jingħataw aktar informazzjoni dwar dawn ir-regolamenti.

Il-laqgħat ser isiru hekk:

DATA

LOKALITA`

POST

HIN

It-Tnejn 25 ta’ Ottubru

Birkirkara

Kunsill Lokali

7.30pm

It-Tlieta 26 ta’ Ottubru

San Pawl il-Baħar

Skola Primarja

2.00pm

It-Tlieta 26 ta’ Ottubru

Mosta

Kunsill Lokali

7.30pm

L-Erbgħa 27 ta’ Ottubru

Valletta

Kunsill Lokali

7.30pm

It-Tnejn 1 ta’ Novembru

San Ġiljan

Skola Primarja

7.30pm

L-Erbgħa 3 ta’ Novembru

Isla

Kunsill Lokali

7.30pm

Il-Ħamis 4 ta’ Novembru

Birżebbuġia

Kunsill Lokali

2.00pm

It-Tnejn 8 ta’ Novembru

Qormi

Skola Primarja (San Bastjan) B

7.30pm

Il-Ħamis 11 ta’ Novembru

Raħal Ġdid

Kunsill Lokali

2.00pm

It-Tnejn 15 ta’ Novembru

Sliema

Kunsill Lokali

7.30pm

Is-sistema tal-HACCP hija sistema li trid tintuża’ minn dawk kollha li huma nvoluti fil-preparazzjoni ta’ l-ikel.  B’din is-sistema wieħed jaċċerta ruħu li jkun qiegħed iżomm mal-livelli ta’ kwalita` meħtieġa.  Il-ħidma ta’ l-MSA flimkien mad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika kif kordinata mill-Food Safety Commission, qed tara li f’pajjiżna l-konsumatur ikollu l-ogħla livelli ta’ kwalita`, servizz u prodotti ta’ l-ikel. 

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li “l-informazzjoni li ser tkun qed tingħata għandha sservi ta’ direzzjoni lejn fejn għandu jsir l-investiment f’dawn in-negozji.  Dawn l-istandards volontarji li qegħdin jingħataw għandhom jgħinu biex jiġu żviluppati l-ogħla livelli ta’ kwalità u l-aħjar prodotti ta’ l-ikel.  Fil-ħwienet tal-laħam, per eżempju, il-bejgħ tal-laħam għandu jiżviluppa f’aktar prodotti tal-laħam u b’hekk il-ħwienet tal-laħam minn kif nafuhom illum għad ikunu jistgħu jinbiddlu fi ħwienet li joffru għażla akbar ta’ prodotti ppreparati mill-laħam.”  L-Onor. Vassallo qal ukoll li “ir-regolamenti jridu jiġu mħarsa kemm min-negozjanti kif ukoll mill-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa, u b’hekk ser ikun hemm konformità akbar dwar x’inhuma l-livelli ta’ iġjene u kwalità.”

Waqt il-konferenza ta’ l-aħbarijiet ingħata tagħrif ukoll dwar il-pubblikazzjoni ta’ ktejjeb li ser ikun fih l-informazzjoni rigward x’għandu jagħmel min ibiegħ prodotti ta’ l-ikel sabiex jinżammu l-ogħla livelli ta’ iġjene u kwalità.  Din l-informazzjoni ser twassal ukoll biex jitnaqqas ir-riskju ta’ kontaminazzjoni fl-ikel u hekk il-konsumaturi jkollhom mezz aħjar ta’ kif is-saħħa tagħhom qed tkun iżjed tiġi mħarsa.  Aktar informazzjoni dwar dan il-ktieb ser tingħata waqt il-laqgħat li ser ikunu qed isiru.

Fi tmiem il-konferenza ta’ l-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari qal li “permezz ta’ l-informazzjoni li ser tkun qed tingħata rigward il-HACCP, dawk kollha li huma nvoluti fil-bejgħ u l-produzzjoni ta’ prodotti ta’ l-ikel ikunu jistgħu jaraw opportunitajiet ġodda ta’ kif jistgħu jiżviluppaw in-negozji tagħhom.  Dawn il-miżuri qegħdin jittieħdu biex f’pajjiżna l-livell ta’ kwalità ta’ prodott u servizz ikun mill-aqwa, filwaqt li jitnaqqas kull riskju ta’ kontaminazzjoni ta’ l-ikel li minnu jista’ jbati l-konsumatur.”

DOI – 22.10.2004

24.39 Kbytes Last Modified on 22nd October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow