Left arrow Mur Lura

XOGĦLIJIET FIĊ-ĊENTRU TAS-SAĦĦA TA’ RAĦAL ĠDID

PR1651
Date Icon 21/10/2004

Id-Dipartiment tal-Kura Primarja javża li minn nhar it-Tnejn, 25 t’Ottubru 2004 se jibdew xogħlijiet ta’ refurbishment, estenzjoni u alterazzjonijiet strutturali fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid.  

Dawn ix-xogħlijiet qed isiru biex is-servizz tal-Kura Primarja f’dan iċ-Ċentru jiġi estiż u mtejjeb.  

a)      Il-pubbliku huwa mgħarraf illi s-servizzi ta’:  

·       Trattament mill-infermiera,

·       Tabib,

·       Kura tas-saqajn,

·        Dentist,

·        X Ray, u

·        Diabete,

Ser jibqgħu jiġu provduti b’mod regolari miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid,    

b) Is-servizzi ta’ kliniċi oħra ser jiġu trasferiti temporanjament għaċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla kif ġej:  

      ·        Dik tat-tilqim, mis-Sibt, 23 t’ Ottubru 2004, 

      u mit-Tnejn, 25 t’ Ottubru 2004 dawk ta’  

      ·        Ostetriċia u ġinecoloġija, 

·        Konsulent mediku, 

·        Kura mentali, 

·        Kura ta’ l-għajnejn, u

·        Speech language  

c) Is-servizz ta’ klinika tat-trabi ser jkun trasferit temporanjament għaċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana mil-25 t’Ottubru 2004.  

F’każ ta’ diffikultà jew għal aktar informazzjoni wieħed jista jċempel  fuq in-numri tat-telephone  21 673292  jew 21 673293.  

Qed isir dak kollu possibli biex ix-xogħlijiet isiru fl-iqsar żmien possibbli.  Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jiskuża ruħu mal-pubbliku għal kull inkonvenjent.

DOI – 21.10.2004

13.64 Kbytes Last Modified on 21st October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow