Left arrow Go Back

BIEX INSIRU AKTAR KONXJI MILL-WIRT STORIKU FIL-BELT VALLETTA

PR1650
Date Icon 21/10/2004

Il-kuruduri ta’ l-Auberge d’Italie fi Triq il-Merkanti dan l-aħħar inbidlu f’gallerija ta’ wirjiet fotografiċi u aristiċi. L-ewwel tlieta minn dawn l-esibizjonijiet huma dwar il-bliet tagħna mdawwrin bis-swar u ttellgħu fi żmien meta l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu kienet qed torganizza l-Festival ta’ l-Ibliet Storiċi.  

Bħalissa qed tittella’ wirja fotografika u kompetizzjoni mill-Valletta Alive Initiative u l-Kunsill Lokali Valletta taħt il-patroċinju tal-Malta Photographic Society u b’kollaborazzjoni ma’ AgfaPhoto.  L-iskop ta’ din il-wirja hu li kulħadd ikun aktar konxju tat-teżori prezzjużi li hawn fil-belt kapitali tagħna li filwaqt li hi belt storika mhix belt mejta iżda waħda mimlija attività.  

Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni huma:

L-ewwel premju … “Carnival Colour 2004” ta’ Joseph Muscat-Azzopardi

It-tieni premju …... “Street Market” ta’ Joseph P. Smith

It-tielet premju ….. “Law & Literature” ta’ Austin Farrugia

Hon. Mention …… “Peruvian Music & Colours” ta’ Austin Farrugia

                                “Għall-Frisk” ta’ Nadine Genevose

                                “A Quite Stroll” ta’ Patrick Genovese

                                “Upstairs and Downstairs” ta’ Rienko Wilton.  

“Il-kultura, kwalunkwe forma tieħu, tagħtina u ssaħħilna l-identità tagħna u tagħmilna nazzjon. Għalhekk qed nagħmlu ħilitna biex nikkonsolidaw u nkattru t-talenti li għandna f’pajjiżna,” stqarr il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech meta ppreżenta l-premjijiet lir-rebbieħa tal-kompetizzjoni fotografika.  

Il-Ministru Zammit Dimech irringrazzja lil kull min qed jieħu inizjattivi biex il-poplu Malti jsir aktar konxju mill-wirt artistiku u mill-patrimonju storiku li għandna u lil dawk kollha li qed jaħdmu biex il-belt kapitali tagħna tkompli tikseb lura d-dinjità li tixirqilha bħala ċentru storiku, politiku u residenzjali ta’ pajjiżna.

DOI - 21.10.2004

6.38 Kbytes Last Modified on 21st October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow