Left arrow Mur Lura

1378 POSTA TA’ BEJJIEGĦ FIL-MONTI IGGARANTITI BĦALA IMPJIEG FISS.

PR1643
Date Icon 20/10/2004

Waqt Konferenza ta’ l-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, l-Onor. Edwin Vassallo ta aktar informazzjoni dwar l-organizazzjoni li qiegħda ssir f’numru ta’ swieq f’lokalitajiet differenti madwar Malta.  Dan l-eżerċizzju għandu jwassal għal:  

·        Aktar organizazzjoni fost il-Bejjiegħa tal-Monti.

·        Enforcement minn kull Kunsill Lokali fuq l-indafa fis-swieq.

·        Organizzazzjoni għall-ġirien tas-swieq.  

Din l-organizzazzjoni għandha twassal għall-garanzija fuq l-użu tal-posta għall-bejjiegħa tal-Monti.  Ħadd ma jista’ jarma minflok min għandu l-posta rreġistrata fuq ismu, u b’din l-organizazzjoni l-ebda bejjiegħ ma jista’ jarma fuq posta mingħajr ma jkollu liċenzja tan-negozju maħruġa mit-Trade Licensing Unit u l-awtorizazzjoni tal-Kunsill Lokali rispettiv.  

S’issa, bl-inizjattiva tas-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo u bil-kollaborazzjoni tal-Kunsilli Lokali, ġew organizzati 11-il suq b’total ta’ 1378 bejjiegħ.  Is-swieq li ġew organizzati s’issa huma dawn:  

LOKALITA

NUMRU TA’ POSTI

WAITING LIST

NAXXAR

20

Not Available

BIRZEBBUĠIA

65

20

RAĦAL ĠDID

58

11

BORMLA/BIRGU

423

2

BIRKIRKARA

186

37

SLIEMA

5

N/A

QORMI

218

45

ŻEJTUN

90

33

ATTARD

220

43

RABAT

93

N/A

TOTAL

1378

191

Barra li dawn is-swieq partikolari ġew organizzati, it-tmexxija amministrattiva issa għaddiet f’idejn l-istess Kunsilli Lokali, biex b’hekk jkunu jistgħu jiġu mmaniġġjati aħjar fl-interess tal-lokalitajiet rispettivi.  

L-Onor. Vassallo ħabbar li “ma dawn il-Kunsilli Lokali ser jingħaqad ukoll il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbug (Malta), biex b’hekk in-numru ta’ swieq organizzati jitla’ għal 12.”  

Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal ukoll li “minn meta bdew jiġu organizzati s-swieq ħareġ fid-deher li diġa hemm waiting list ta’ 191 posta tal-monti ġdida, mifruxa f’diversi lokalitajiet.  Dan il fatt, qiegħed iwassal lill-Gvern biex ikompli jħeġġeġ lill-Kunsilli Lokali sabiex ikomplu jorganizzaw is-swieq tagħhom.  B’hekk nistabilixxu eżatt kemm hija d-domanda preżenti għall-posti ġodda tal-bejjiegħa tal-monti.  Il-pass li jmiss huwa li l-Gvern ikompli jaħdem sabiex b’Avviż Legali ġdid joħroġ il-permess ta’ swieq ġodda.  

“Għalhekk qiegħdha tingħata l-aħħar opportunita` sabiex kull min għadu ma rreġistrax ismu mal-Kunsill Lokali, bħala bejjiegħ tal-monti f’lokalitajiet fejn wieħed jarma, jkun jista’ jagħmel dan sa mhux aktar tard mill-aħħar ta’ Ottubru.  Jekk bejjiegħ jonqos li jagħmel dan, ikun qiegħed jirriskja li awtomatikament jitlef postu minn dik il-lokalita’ partikolari fejn kien jarma, u postu jittieħed minn dawk li isimhom jinsab fuq il-waiting list ta’ kull kunsill.

DOI – 20.10.2004

26.39 Kbytes Last Modified on 20th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow