Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONGUNTA MILL-MINISTERU GĦALL-GĦAWDEX U MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT

PR1640
Date Icon 20/10/2004

Imniedi l-ewwel stħarriġ dwar biedja organika f’pajjiżna

Jekk jingħataw l-opportunita’ li jagħżlu, l-maġġoranza l-kbira tal-konsumaturi Maltin jagħżlu prodotti organiċi.

Dan il-fatt joħroġ mill-ewwel stħarriġ li sar fil-gżejjer Maltin biex isir magħruf il-livell ta’ tagħrif li l-poplu Malti u Għawdxi għandu tal-biedja organika f’pajjiżna.  Dan l-istħarriġ kien ippreżentat fil-preżenza tal-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono u tal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino.

Mir-riżultati ta’ l-istħarriġ jidher ċar li hawn domanda kbira għal dawn il-prodotti iżda għad hawn diversi fatturi li qed jaħdmu kontra s-settur, bħalma huma n-nuqqas ta’ għarfien minn naħa tal-konsumaturi fuq x’inhi l-agrikultura organika u d-diffikulta’ li dawn il-prodotti jinstabu fis-suq.

Teżisti wkoll il-problema tan-nuqqas ta’ bdiewa li qed ikabbru l-prodotti tagħhom b’mod organiku.  Madankollu, minkejja li għad hemm ħafna xi jsir, ir-riżultati ta’ dan l-istħarriġ jagħtu kuraġġ lil kull min hu involut f’dan is-settur.

Il-Ministru Giovanna Debono qalet li f’Għawdex it-tkabbir ta’ prodotti mingħajr l-użu ta’ pestiċidi ilu jiġi pprattikat. Dan għaliex il-bdiewa Għawdxin kienu minn ta’ l-ewwel li bdew jippromwovu t-tkabbir u l-bejgħ ta’ prodotti organiċi.  Hija qalet li llum ilkoll nafu li qed jiżdiedu n-nies li jagħtu importanza lil mod ta’ kif ikunu mkabbrin ċerti ħxejjex u frott. 

Il-Ministru George Pullicino qal li l-Gvern hu impenjat li jara li s-settur tal-biedja organika jibqa’ jikber u jinfirex.  Hu qal li fil-jiem li għaddew, il-Gvern waqqaf l-ewwel Awtorita’ kompetenti għall-Agrikoltura Organika li se jkollha l-obbligu li tiċċertifika kif ukoll li tirregola l-esportazzjoni minn pajjiżi terzi ta’ prodotti organiċi.

Il-Ministru Pullicino qal li l-Gvern qed jagħti wkoll assistenza teknika billi jsiru esperimenti fil-‘farm’ tal-Gvern fl-Għammieri kif ukoll permezz ta’ korsijiet ta’ taħriġ li jsiru kemm f’Malta kif ukoll barra.

Intant, f’Għawdex il-Ministru Giovanna Debono u l-Ministru George Pullicino żaru wkoll għelieqi li jinħadmu b’mod organiku kif ukoll impjant fejn ikun ipproċessat iż-żejt taż-żebbuġa u l-lumiċell, xarba magħmula minn lumi li jitkabbar f’Għawdex.

DOI – 20.10.2004  

Ir-riżultati ta’ l-istħarriġ (il-valuri huma kollha f’perċentwali)

Mistoqsija

Malta

Għawdex

Malta u Għawdex

Iva

Le

Iva

Le

Iva

Le

Ġieli smajt bl-agrikultura organika?

58

42

49

51

56

44

Nies li jafu xi tfisser l-agrikultura organika

30

32

30

Qatt xtrajt prodotti organiċi?

13

87

7

93

12

88

Kemm min-nies intervistati jixtru prodotti organici regolarment

3.1

3.8

3.2

Jekk ikollok żewġ prodotti, wieħed organiku u l-ieħor le, liema tagħżel?

97

3

96

4

97

3

Lest li tħallas ftit iktar biex tixtri prodotti organiċi?

86

14

91

9

87

13

Li kieku kellek tixtri prodott organiku tippreferih frisk, proċessat jew it-tnejn?

89

frisk

2

proc

8

tnej

96

frisk

0

proc

4

tnej

90

frisk

2

proc

8

tnej

Prodott organiku tassoċjah ma prodott ta' kwalita jew le?

93

7

94

6

93

7

Gieli rajtu prodotti organiċi fis-supermarkets?

22

78

8

92

19

81

Taħseb li ssibhom faċli prodotti organiċi ġos-supermarkets?

5

95

4

96

5

95

Taħseb li s-supermarkets għandhom idaħħlu aktar minn dawn il-prodotti?

96

4

98

2

96.5

4.5

Taħseb li għandu jkun hawn aktar bdiewa li jkabbru bil-metodi organiċi?

91

9

98

2

92

8

Taħseb li għandhom jirnexxu dawn il-prodotti fis-suq Malti?

95

5

91

9

94

6

85.81 Kbytes Last Modified on 20th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow