Left arrow Go Back

TNEDIJA TA’ SERVIZZI ELETTRONIĊI MILL-ETC

PR1639
Date Icon 20/10/2004

Illum ġew imnedija servizzi ġodda elettroniċi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ.  

Il-Ministru Austin Gatt spjega li permezz ta’ dan is-servizz qed inqarrbu lil min qed ifittex xogħol u lil min qed ifittex lil min iħaddem, kemm fis-suq Malti kif ukoll fis-suq tax-xogħol wiesgħa Ewropew.  

Li tuża għodda elettroniċi biex tgħin lil min qed ifittex jaħdem jew iħaddem hu wieħed mis-servizzi pubbliċi bażiċi li l-Unjoni Ewropea trid li l-membri kollha jipprovdu sa tmiem l-2005. “Fil-fatt grazzi għas-servizz imniedi llum, ilħaqna dan il-benchmark qabel ħafna pajjiżi oħra.” Il-Ministru Austin Gatt spjega li s’issa 80% tal-benchmarks Ewropej iffissati għal tmiem l-2005, huma sodisfatti minn Malta .  

Dr Austin Gatt spjega wkoll li t-teknoloġija qed tippermettilna nagħmlu tagħna s-suq tax-xogħol Ewropew. Is-servizzi mnedija llum jipprovdu aċċess għal European Employment Services jew kif inhu magħruf aħjar bħala Eures.  Dan hu servizz Ewropew li jgħin lil min irid jisfrutta d-dritt Ewropew tal-moviment ħieles tal-persuni: (a) jipprovdi informazzjoni; (b)jagħti pariri; (c) jkun aġent għal impjiegi bejn pajjiż u ieħor Ewropej. Dan l-isforz kontinentali hu rilevanti fl-isforz ta’ l-Ewropa kollha biex is-suq tax-xogħol Ewropej jadatta għall-bżonnijiet il-ġodda ta’ ekonomija globalizzata.  

“Illum qed nagħmlu progress biex nilħqu tnejn mill-miri li stabbilejna fl-Istrateġija Nazzjonali dwar it-Teknoloġija tal-Informazzjoni, jiġifieri li s-servizzi pubbliċi kollha li jagħmlu sens f’kuntest elettroniku, jingħataw ‘on line’ mill-bidu sa l-aħħar u li ċ-ċittadini u n-negozji Maltin kollha jkunu jistgħu, jekk iridu, jikkomunikaw mal-Gvern b’mezzi elettroniċi biss.”  

Il-Ministru Gatt temm jghid  li s-servizzi tal-Gvern Elettroniku qed iwasslu biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni pubblika sabiex din tipprovdi servizz aħjar. Minbarra t-teknoloġija l-introduzzjoni ta’ l-e-Government qed twassal għall-bidliet interni fl-organizzazzjonijiet tagħna biex nipprovdu s-servizzi pubbliċi b’mod iktar effeċjenti.  

DOI - 20.10.2004

5.14 Kbytes Last Modified on 20th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow