Left arrow Mur Lura

INIZJATTIVA KONGUNTA BEJN IL-MINISTERU GHAR-RIZORSI U L-INFRASTRUTTURA U L-KUNSILLI LOKALI

PR163
Date Icon 11/02/2004

F’Ottubru ta’ l-2003, il-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura stieden lill-Kunsilli Lokali kollha biex jiehdu sehem fi pjan strategiku ta’ xoghlijiet fi hdan diversi lokalitajiet. Din l-istruttura l-gdida giet imnedija biex isiru xoghlijiet specifici b’mod kongunt bejn il-Kunsilli Lokali u l-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura. permezz tad-Divizjoni tax-Xoghlijiet.

Il-Ministru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura, l-Onor. Ninu Zammit spjega li d-Dipartiment tal-Manutenzjoni u Kostruzzjoni fi hdan id-Divizjoni tax-Xoghlijiet kellu fil-process tieghu, ri-organizzazzjoni b’tali mod li l-haddiema tal-Gvern fi hdan certu sezzjonijiet tad-Dipartiment jigu assenjati f’diversi ufficini fid-Distretti. Din is-sistema qed tkun iktar efficjenti u aktar flessibli sabiex jitwettqu dawn ix-xoghlijiet proposti f’hidma bi shab bejn il-Kunsilli Lokali u l-Ministeru ghar-Rizorsu u l-Infrastruttura. Ix-Xoghlijiet imsemmija jinkludu:

  • Xoghol ta’ pavimentar
  • Irrangar ta’ Toroq (Patching)
  • Bini ta’ hitan tas-sejjieh
  • Tqeghid ta’ Pavimenti specifici u xoghol iehor relatat ma’ tisbih
  • Manutenzjoni strutturali u xoghlijiet ta’ dekorazzjoni

Il-procedura li mistennija tigi attwata f’din l-inizjattiva bi shab tinkludi stima u skeda ta’ xoghlijiet li jrid ikun hemm ftehim fuqhom mill-Kunsill Lokali koncernat u l-Ministeru ghar-Rizorsi u l-Infrastruttura. F’dan il-kuntest ix-xoghlijiet jistghu ikunu aktar segwiti u spezzjonati b’tali mod li jkunu jistghu jinkisbu l-ahjar rizultati possibli.

Waqt li kien qed izur wiehed minn dawn il-progetti, il-Ministru Ninu Zammit zied jghid li din l-inizjattiva bi shab intlaqghet tajjeb minn hafna Kunsilli Lokali. Fil-fatt aktar minn 30 Kunsill Lokali kkonfermaw il-partecipazzjoni taghhom u diga` baghtu x-xoghlijiet proposti ghal-lokal rispettiv taghhom.

Bhalissa diga` hemm 15-il progett li whud minnhom diga` bdew u ohrajn mistennija jibdew f’diversi lokalitajiet, fosthom Zejtun, M’Scala, Xghajra, Santa Lucija, B’Bugia, Qormi, Balzan, San Gwann, B’Kara, Gharghur u Sta. Venera. Ix-xoghlijiet jinkludu pavimentar, tisbih f’certu siti bhal kostruzzjoni ta’ Girna, kostruzzjoni ta’ latrini pubblici, tiswijiet u xoghol gdid fid-dekorazzjoni bhal bankijiet, tiswijiet ta’ toroq u tisbih ta’ postijiet pubblici.

Din l-inizjattiva, tenna l-Ministru Zammit, se sservi sabiex ir-rizorsi fi hdan il-Ministeru jintuzaw bl-aktar mod efficjenti u l-Kunsill Lokali jkunu jistghu jwettqu aktar progetti fil-lokalita’ taghhom bl-istess budget allokat lilhom.

Fl-ahharnett, il-Ministru Ninu Zammit rringrazzja lil Kunsilli Lokali ghall-kollaborazjoni li wrew waqt dan il-process. Huwa heggeg aktar Kunsilli Lokali jaghmlu l-istess, biex b’hekk inkunu nistghu insebhu aktar l-ambjent fil-lokalitajiet taghna u nzommuhom fi stat tajjeb kif mixtieq minn kulhadd.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow