Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN JILTAQA’ MAL-KUMITAT PARLAMENTARI TALJAN DWAR L-IMMIGRAZZJONI, L-EUROPOL U SCHENGEN

PR162
Date Icon 11/02/2004

L-immaniggjar komuni tal-fruntieri fl-ambitu tal-fenomenu ta’ l-immigrazzjoni llegali fl-Ewropa kienu diskussi f’laqgha ufficjali li delegazzjoni tal-Kumitat Parlamentari Taljan dwar l-Immigrazzjoni, l-Europol u x-Schengen, kellha mal-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg. 

Prezenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern, Carm Mifsud Bonnici, il-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo, l-Assistant Kummissarju  tal-Pulizija  Andrew Seychell  flimkien ma’  ufficjali ohra.  

Il-Kumitat Parlamentari qed jaghmel zjara ta’ tlett ijiem f’Malta biex isir jaf iktar x’metodi qed juza l-Gvern Malti biex jikkontrolla l-influss ta’ immigrazzjoni illegali kif ukoll is-sorveljanza u l-kontroll tal-fruntieri fl-ambitu tal-politika ta’ koperazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, f’dik li hi prevenzjoni ta’ immigrazzjoni klandestina. Tul iz-zjara taghha, id-delegazzjoni Taljana ser ikollha laqghat ma’ istituzzjonijiet Maltin li ghandhom konnessjoni ma’ l-immigrazzjoni irregolari.    

Il-Ministru Tonio Borg, wara li ta merhba lid-delegazzjoni, qal li l-Italja u Malta barra li girien jistghu jitqiesu bhala hbieb. Il-Ministru Borg fakkar fl-ghajnuna finanzjarja li l-Italja dejjem tat lil Malta, fosthom mas-7 miljun liri Maltin f’apparat ghad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.  

Huwa fisser il-politika tal-Gvern Malti dwar l-immigrazzjoni illegali. Huwa fakkar kif fis-sena 2002 nizlu Malta iktar minn 1,680 immigrant illegali, ammont li holoq problemi ghall-amministrazzjoni. Malta hija l-iktar pajjiz ckejken fl-Ewropa bl-ikbar densità ta’ popolazzjoni, iktar minn 1,000 kull kilometru kwadru. Il-Gvern qed jaddotta politika ta’ detenzjoni ghall-immigranti li jidhlu fil-pajjiz irregolarment. B’dan kollu, Malta hija l-pajjiz fejn l-accettazzjoni ghal stat ta’ refugjat jew ta’ protezzjoni umanitarja hija l-oghla wahda fl-Ewropa, b’iktar minn 50% tat-talbiet jigu milqugha. Fl-ahhar xhur gew ripatrijati iktar minn 1,300 persuni biex issa l-immigranti illegali li jinsabu f’detenzjoni nizel ghal madwar 250.

Il-Ministru Borg sahaq li l-problema ta’ immigrazzjoni llegali trid tigi trattata b’mod kollettiv u integrat, b’koperazzjoni shiha bejn il-pajjizi kollha tal-Mediterran, l-iktar f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ sorveljar ta’ l-ibhra tal-Mediterran.  

Alberto di Luca li qed imexxi d-delegazzjoni qal li dak li ghamlet in-natura eluf ta’ snin ilu, meta firdet iz-zewg pajjizi, regghet ghaqditu l-politika, bil-hbiberija u koperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi. Meta semma l-kwistjoni ta’ l-immigrazzjoni llegali huwa enfasizza li din mhux problema taz-zewg pajjizi biss, izda tal-25 membru ta’ l-Unjoni Ewropea. U l-Italja hija kommessa li tghin biex tissolva l-problema.  

Waqt il-laqgha gew diskussi ukoll il-koperazzjoni ta’ sistema koordinata bejn il-pulizija tal-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-iffurmar ta’ politika komuni ta’ ripatrijament permezz ta’ ftehim ma’ pajjizi Afrikani u programmi ta’ ghajnuna u incentivi ghall-pajjizi minn fejn joriginaw l-immigranti.

Id-delegazzjoni Taljana tinkludi ukoll lil Giorgio Pasetto, is-Senatur Graziano Maffioli, Pietro Tidei u Susanna Russo Fisher. Waqt il-laqgha kien prezenti ukoll l-ambaxxatur Taljan ghal Malta Alvise Memmo.     

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

Aktar Stqarrijiet Right arrow