IL-MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN JILTAQA’ MAL-KUMITAT PARLAMENTARI TALJAN DWAR L-IMMIGRAZZJONI, L-EUROPOL U SCHENGEN
L-immaniggjar komuni tal-fruntieri fl-ambitu tal-fenomenu ta’ l-immigrazzjoni llegali fl-Ewropa kienu diskussi f’laqgha ufficjali li delegazzjoni tal-Kumitat Parlamentari Taljan dwar l-Immigrazzjoni, l-Europol u x-Schengen, kellha mal-Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, l-Onor. Tonio Borg.
Prezenti kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Gustizzja u l-Intern, Carm Mifsud Bonnici, il-Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo, l-Assistant Kummissarju tal-Pulizija Andrew Seychell flimkien ma’ ufficjali ohra.
Il-Kumitat Parlamentari qed jaghmel zjara ta’ tlett ijiem f’Malta biex isir jaf iktar x’metodi qed juza l-Gvern Malti biex jikkontrolla l-influss ta’ immigrazzjoni illegali kif ukoll is-sorveljanza u l-kontroll tal-fruntieri fl-ambitu tal-politika ta’ koperazzjoni bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, f’dik li hi prevenzjoni ta’ immigrazzjoni klandestina. Tul iz-zjara taghha, id-delegazzjoni Taljana ser ikollha laqghat ma’ istituzzjonijiet Maltin li ghandhom konnessjoni ma’ l-immigrazzjoni irregolari.
Il-Ministru Tonio Borg, wara li ta merhba lid-delegazzjoni, qal li l-Italja u Malta barra li girien jistghu jitqiesu bhala hbieb. Il-Ministru Borg fakkar fl-ghajnuna finanzjarja li l-Italja dejjem tat lil Malta, fosthom mas-7 miljun liri Maltin f’apparat ghad-Dipartiment tal-Protezzjoni Civili.
Huwa fisser il-politika tal-Gvern Malti dwar l-immigrazzjoni illegali. Huwa fakkar kif fis-sena 2002 nizlu Malta iktar minn 1,680 immigrant illegali, ammont li holoq problemi ghall-amministrazzjoni. Malta hija l-iktar pajjiz ckejken fl-Ewropa bl-ikbar densità ta’ popolazzjoni, iktar minn 1,000 kull kilometru kwadru. Il-Gvern qed jaddotta politika ta’ detenzjoni ghall-immigranti li jidhlu fil-pajjiz irregolarment. B’dan kollu, Malta hija l-pajjiz fejn l-accettazzjoni ghal stat ta’ refugjat jew ta’ protezzjoni umanitarja hija l-oghla wahda fl-Ewropa, b’iktar minn 50% tat-talbiet jigu milqugha. Fl-ahhar xhur gew ripatrijati iktar minn 1,300 persuni biex issa l-immigranti illegali li jinsabu f’detenzjoni nizel ghal madwar 250.
Il-Ministru Borg sahaq li l-problema ta’ immigrazzjoni llegali trid tigi trattata b’mod kollettiv u integrat, b’koperazzjoni shiha bejn il-pajjizi kollha tal-Mediterran, l-iktar f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ sorveljar ta’ l-ibhra tal-Mediterran.
Alberto di Luca li qed imexxi d-delegazzjoni qal li dak li ghamlet in-natura eluf ta’ snin ilu, meta firdet iz-zewg pajjizi, regghet ghaqditu l-politika, bil-hbiberija u koperazzjoni bejn iz-zewg pajjizi. Meta semma l-kwistjoni ta’ l-immigrazzjoni llegali huwa enfasizza li din mhux problema taz-zewg pajjizi biss, izda tal-25 membru ta’ l-Unjoni Ewropea. U l-Italja hija kommessa li tghin biex tissolva l-problema.
Waqt il-laqgha gew diskussi ukoll il-koperazzjoni ta’ sistema koordinata bejn il-pulizija tal-pajjizi membri ta’ l-Unjoni Ewropea kif ukoll l-iffurmar ta’ politika komuni ta’ ripatrijament permezz ta’ ftehim ma’ pajjizi Afrikani u programmi ta’ ghajnuna u incentivi ghall-pajjizi minn fejn joriginaw l-immigranti.
Id-delegazzjoni Taljana tinkludi ukoll lil Giorgio Pasetto, is-Senatur Graziano Maffioli, Pietro Tidei u Susanna Russo Fisher. Waqt il-laqgha kien prezenti ukoll l-ambaxxatur Taljan ghal Malta Alvise Memmo.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en