DISKORS TA’ L-ONOR. TONIO BORG, MINISTRU TAL-GUSTIZZJA U L-INTERN, WAQT SEMINAR ORGANIZZAT MILL-KAMRA TA` L-AVUKATI DWAR IR-RIFORMA FIL-LIGI TAL-FAMILJA – CENTRU MEDITERRAN TAL-KONFERENZI VALLETTA – 11 TA’ FRAR 2004
Huwa l-pjacir tieghi li niftah is-seminar organizzat mill-Kamra ta` l-Avukati fuq suggett daqshekk attwali u mportanti.
L-Inawgurazzjoni tal-Qorti tal-Familja fis-16 ta` Dicembru 2003 kien avveniment li ilu mixtieq u mistenni. Bhal kull haga ohra gdida fid-dinja, l-ewwel nistennew u nixxenqu ghaliha, u meta tasal, nibdew nahsbu f`xi haga differenti u ahjar. Ma hemm xejn hazin f`dan, basta ikun hemm djalogu kostruttiv bejn kull min hu interessat.
M’hemmx dubju li kif kitbitli dan l-ahhar il-Kamra tal-Avukati, it-twaqqif ta` Qorti tal-Familja hu fatt posittiv. In-nomina ta` avukati ghat-tfal intlaqa` ukoll tajjeb u l-htiega ta` medjazzjoni giet ukoll accettata. Il-fatt illi mandati kawtelatorji jistghu jinhargu kollha u mill-ewwel jum ta` registrazzjoni ta` tilwim fil-Qorti, hu gwadann importanti ghal kull min hu involut fil-process; u tarka kontra l-abbuzi ta’ min ghandu s-sahha.
Hadd ma jista` jghid li ma kienx hemm konsultazzjoni wiesa` qabel ma’ twaqqfet din il-Qorti. Naturalment, konsultazzjoni ma tfissirx thaddin ta` kull opinjoni espressa jew presentata lill-Gvern, izda kif jista` jikkonferma l-President tal-Kamra u gie rikonoxxut mill-Kamra stess fi stqarrija pubblika, gew accettati diversi proposti mill-Kamra, fosthom: il-partecipazzjoni shiha tal-konsulenti legali fil-process ta` medjazzjoni, kif ukoll fil-presentazzjoni tal-minuta ta` kuntratt ta’ separazzjoni.
Jien nittama illi d-diskussjoni li ser ikun hemm f`dan is-seminar tkun wahda illi timmira lejn il-gid komuni. U nittama illi l-konkluzjonijiet tieghu jigu komunikati lill-Ministeru sabiex issa, li l-Qorti bdiet tahdem, inkunu nistghu nivverifikaw x`titjib jista` jsir.
Nassigurakom illi l-ehfef haga meta tkun fil-Gvern hu li ma taghmel xejn; izda mhux behsiebni naghmel dan. Anzi nghidilkom bla tlaqliq, li fadal hafna xi jsir fil-qasam tal-gustizzja jekk irridu illi l-process kollu fil-Qrati taghna jkun kredibbli.
Fuq il-kredibilita`, nafu illi diversi istituzzjonijiet - kemm dawk governattivi, izda wkoll dawk illi ghandhom x`jaqsmu ma` oqsma ta` l-Istat - huma taht skrutinju aktar minn qatt qabel; u l-kredibilita` taghhom qed tigi kontestata. Gwaj ghalina jekk ma naghrfux is-sinjali taz-zminijiet u nwahhlu f`dak u l-iehor; u ma nwahhlux xi kultant fina nfusna.
Il-poplu jesigi illi l-kawzi li jolqtu l-persuni, il-familji u l-inkwiet familjari jigu trattati u decizi mhux biss b`heffa, izda wkoll f`ambjent uman. Il-kawza dwar hajjet in-nies m`humiex l-istess bhal kawzi dwar hitan divizorji, opramorti jew kollizjonijiet tal-karrozzi. Ghandhom bzonn procedura specjali u kull tentattiv sabiex din il-procedura tkun umana kemm jista` jkun, tigi apprezzata u nkoraggita mill-Gvern.
Izda mhux biss ir-riforma fil-Qorti tal-Familja ghandna bzonn. Ghandna bzonn riforma fil-process kollu tal-gustizzja.
Il-Ministru tal-Gustizzja f`kull pajjiz ghandu bicca xoghol iebsa peress illi f`ghajnejn in-nies, huwa meqjus responsabbli ghal dak kollu li ma jahdimx fil-process tal-gustizzja. Fl-istess waqt il-poteri li hu ghandu fuq certi affarijiet, huma limitati.
Il-backlog tal-kawzi li f`Dicembru 2003 kien ta` 9880, 8561 fi prima stanza Malta u Ghawdex u 1319 fl-appell. Anki juri tnaqqis ta` 18% fuq il-hames snin li ghaddew, ghadu gholi wisq; u mhux se noqghod lura bhala Ministru u membru ta` dan il-Gvern, milli nittanta dak kollu li hu possibbli kostituzzjonalment u fil-poter tieghi; anki, jekk mhux konvenzjonali, bis-sahha li gejja mill-mandat tal-poplu sabiex dan il-backlog - sakemm jiddependi minni - jonqos. Naturalment ebda ligi ma hija wahedha se ssolvi l-problema, izda kull haga li tista` ssir se nipprovawha. U jekk ma jirnexxilniex ma jkunx ghaliex ma’ ippruvajniex.
Diga` habbart illi se nipprezentaw abbozz ta` ligi sabiex il-pretensjonijiet mhux kontestati, debitament notifikati b`ittra ufficjali, jibdew jikkostitwixxu titolu ezekuttiv jekk jibqghu mhux kontestati, f`kawzi dwar pretensjoniiet ta’ ammonti ta’ flus fejn id-debitu hu cert, likwidu u dovut; u illi jsir it-trasferiment ta` certi kawzi quddiem ic-Centru ta` l-Arbitragg, b`zjieda fil-kapacita` amministrattiva tieghu.
Izda b`dan biss qed naghrxu il-problema. Matul din is-sena, nispera li nippublikaw `White Paper’ bl-iktar konsultazzjoni wiesgha ghal riformi kemm fil-procedura civili kif ukoll dik kriminali. Hemm affarijiet li ilhom wisq ixekklu l-amministrazzjoni tal-gustizzja, itappnuha, jaghmluha burokratika, jesaltaw il-forma fuq is-sustanza.
Kif kien qal tajjeb l-Imhallef William Rose meta zar Malta, is-sentenzi taghna f`hafna kawzi jistghu ikunu iqsar, izda iktar effettivi. Din mhix gustizzja ta` malajr ghal gost li tkun ta` malajr, izda ghandna nesploraw metodi godda kif is-sentenzi iktar milli jkunu eruditi f`certi oqsma, jkunu l-frott ta` process li ma jdumx is-snin.
M’ghandniex nibzghu minn certu tibdil, anki fejn jinvolvi devoluzzjoni tal-gustizzja, l-aktar fil-kamp kriminali; ma nistghux nibqghu iffossilizzati ma` proceduri tal-passat, meta pajjizi ohra imxew `il quddiem. Lanqas nistghu nistennew illi anki l-iktar kawzi kriminali ta` ebda importanza specjali, jibqghu isiru bil-fors minn magistrati li jistghu jiddedikaw ruhhom ghal kawzi iktar serji meta f`hafna pajjizi madwar id-dinja, dawn isiru minn persuni lajci jew justices of the peace. Ma nistghux naffordjaw lussu f`affarijiet zghar u nippretendu li dal-lussu jigi ssussidjat mill-Istat.
Biex nerga` lura ghall-Qorti tal-Familja naf illi l-kamra ghamlet rappresentazzjonijiet dwar ir-rwol tal-medjatur u fine tuning dwar dan l-ufficcju gdid.
Nappella ghal zewg affarijiet: illi ma naghtux interpretazzjoni positivista u restrittiva ghal dawn ir-regolamenti. Il-medjatur hu mahtur mill-Qorti u huwa serv taghha u mhux bil-maqlub. Jaqa` taht id-direttivi u istruzzjonijiet taghha, ghax hu nominat minnha. Il-Qorti zzomm kontroll fuq il-process kollu ghax hija Qorti, izda tiddelega l-medjazzjoni lil persuni li jistghu jassistu u mhux jissostitwuha f`dan ir-rigward.
It-tieni appell tieghi huwa illi ghandna nhallu s-sistema tahdem. Hemm hafna affarijiet li fil-hajja, ghax huma godda, ibezzghuna. Nilqghu ghalihom qabel ma jibdew jahdmu u meta mbaghad jibdew jahdmu, naraw li wara kollox m’humiex daqshekk hziena. Il-procedura tal-Qorti tal-Familja proprju, saret b`avviz legali sabiex nipprovdu iktar flessibilita` f`affarijiet li jista` jkun li jkollhom bzonn revizjoni bhala frott ta` esperejnza.
Nassigurakom li jekk minn ghaxar affarijiet li gew imnedija naraw li hemm wiehed jew tnejn li mhux qed jahdmu sew, ilkoll kemm ahna ghandna ghal qalbna l-process tal-gustizzja u jsir it-tibdil mehtieg. Izda dan irid ikun il-frott ta` diskussjoni serena, ispirata biss mill-gid komuni.
Huwa b`dawn l-appelli li niftah dan is-Seminar u nawguralkom xoghol siewi fil-jumejn li gejjin.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en