Left arrow Go Back

IL-POPLU MALTI KONVINT FID-DEĊIŻJONI TAL-GVERN DWAR DAR MALTA

PR1608
Date Icon 14/10/2004

Il-proċess fi ħdan il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi serva biex il-poplu Malti kollu jagħraf l-għaqal tal-Gvern fid-deċiżjoni tax-xiri ta’ Dar Malta . Fl-istess waqt, dan il-proċess li kien instigat u mmexxi mill-Oppożizzjoni Laburista, ġab fix-xejn il-kampanja aggressiva ta’ allegazzjonijiet magħmula mill-Onor Alfred Sant.  

Ix-xhieda kollha f’dawn l-aħħar tlett ijiem wrew is-serjeta’ u l-għaqal li bih mexa l-Gvern sabiex għażel, xtara u ffinanzja lil Dar Malta . Fl-istess waqt, l-akkużi kollha li għamel Alfred Sant ġew murija li kienu fażulli u migħajr bażi:  

Dr Sant allega li dan kien proċess li involva lill-ħbieb tal-ħbieb. Mhux veru. Il-persuni magħżula wrew il-kapaċita’ u l-integrita’ tagħhom fid-deċiżjonijiet li ttieħdu, tant li dan ġie kkunsidrat bħala investiment għaqli u li jirrendi b’ġustifikazzjoni tal-infiq tal-finanzi pubbliċi  

Dr Sant allega li l-Confinimmo għamlu qliegħ ta’ madwar erba’ Miljun Lira. Mhux veru. Il-Confinimmo għamlu qliegħ ta’ anqas minn nofs miljun lira.  

Dr Sant akkuża li l-proċess kollu kien manuvrat mir-Rappreżentat Permanenti s-Sur Richard Cachia Caruana. Mhux veru: kienet ir-responsabbilta’ ta’ Richard Cachia Caruana li jara li l-istrutturi kollha tal-Gvern ikunu lesti mas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Il-proċess ta’ l-għażla u n-negozjati ġew fdati lil MIMCOL bil-għajnuna ta’ l-esperti li kien hemm bżonn.

Dr Sant allega li x-xiri ta’ Dar Malta ma kienx proċess trasparenti. Mhux veru. Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi aċċerta li kull pass li ttieħed ġie meħud skond il-provvedimenti tar-regoli finanzjarji tal-Gvern.

Dr Sant allega li l-għażla ta’ Martin Xuereb u Peter Caruana Galizia saru minn Richard Cachia Caruana. Mhux veru. L-għażla ta’ dawn iż-żewġ persuni saret mill-MIMCOL. Richard Cachia Caruana ġie kkonsultat biss fuq l-għażla ta’ Martin Xuereb fejn kien qabel mas-suġġerimenti tal-MIMCOL.  

L-istess jista’ jingħad fil-każ ta’ l-akkużi kollha li ilu jagħmel Alfred Sant fuq Richard Cachia Caruana. Issa li dawn l-akkużi ġew ippruvati li kienu kollha akkużi mingħajr bażi, ħareġ fid-deher il-fatt li Alfred Sant għandu biss l-intenzjoni li jattakka fuq livell personali mingħajr rispett lejn il-verita’ u l-fatti. Dan ikompli jiżola lil Alfred Sant f’dinja għalih waħdu u ‘l bogħod mir-rejalta’ ta’ pajjiżna.    

Issa li din il-kampanja ta’ tfiegħ ta’ tajn sfumat fix-xejn il-Kap tal-Oppożizzjoni jinsab daru mal-ħajt u qed jipprova jiskredita’ l-proċess fi ħdan il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi. Dan wara li l-Gvern ilu li stiednu sabiex jirreferi l-każ lill-Awditur Ġenerali, stedina li Alfred Sant ma aċċettax u li minflok għażel smiegħ fi ħdan il-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi.  

Wara dan il-proċess kollu, il-poplu Malti żgur li jagħraf li l-Kap tal-Oppożizzjoni ried biss li jieħu rikba politika minn deċiżjoni għaqlija li kellha tittieħed f’mument sensittiv għall-pajjiżna. Dan il-proċess kixef wkoll il-qerq li bih Alfred Sant mexxa’ din il-kampanja intiża biss biex tattakka u tindimida persuni li xogħolhom dejjem wettquħ b’mod professjonali. 

Forsi tajjeb li Dr Alfred Sant jispjega u jiġġustifika l-għaliex fl-1998 huwa kien irrifjuta l-offerta għad-disinji tal-Isptar Mater Dei minn kumpanija b’interessi tal-Perit Martin Xuereb u minflok ta l-kuntratt tad-disinn ta’ dan l-isptar lill-Norman & Dawbarn, kumpanija b’interessi ta’ kandidat tal-Partit Laburista, meta l-offerta tal-Perit Martin Xuereb kienet Lm1.3Miljuni irħas minn dik ta’ Norman & Dawbarn!

Il-Gvern irid li dak li jonfoq jirrendi, u l-każ ta’ Dar Malta huwa ppruvat li huwa nvestiment fl-aħjar interess tal-pajjiż – investiment li żgur ser jagħti valur miżjud matul medda ta’ snin.    

DOI- 14.10.2004

8.96 Kbytes Last Modified on 15th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow