Left arrow Go Back

DNIEFEL MADWAR MALTA

PR1604
Date Icon 14/10/2004

B’referenza għal rapporti fil-media lokali dwar id-dniefel li jgħixu fil-baħar tal-Mediterran, is-Segretarjat Parlamentari responsabbli għall-Agrikoltura u s-Sajd l-ewwelnett jikkumplimenta liż-żgħażagh Mario Zahra u Patrick Rausi għall-esperjenza sabiħa li kellhom mad-dniefel fl-ibħra Maltin. Il-filmati miġbuda juru biċ-ċar li l-ibħra tagħna huma għonja fil-biodiversità u li jissostjenu annimali fil-quċċata tal-food chain, bħal ma huma d-dniefel.  

Ta’ min jgħid però li ċerta informazzjoni li ngħatat, b’mod partikolari fuq it-theddida li x-xbieki tat-tkarkir joħolqu fuq id-dniefel, ma kienitx korretta. Dawn it-tipi ta’ xbieki jintużaw biex jinqabdu l-ħut tal-qiegħ u m’hemm l-ebda evidenza li d-dniefel u ċetaċi oħrajn jinqabdu bi żbal fihom. Minn naħa l-oħra huma d-driftnets (xbieki tal-mitlaq) li huma użati biex jaqbdu t-tonn, pixxispad u ħut simili, li fil-fatt huma ta’ theddida. Madankollu tajjeb li ’l pubbliku jkun jaf li mill-bidu tas-snin disgħin, il-Ġnus Magħquda għaddew riżoluzzjoni dwar dawn id-driftnets li ma jkunux itwal minn 2.5 kilometri. Minn naħa tagħha l-Unjoni Ewropea addottat din ir-riżoluzzjoni fl-1992 u fl-1998 għaddiet regolament sabiex l-użu tad-driftnets jibda jitnaqqas biex sa l-1 ta’ Jannar 2002 l-użu tagħhom jispiċċa għal kollox (bl-eċċezzjoni għall-baħar Baltiku li għandhom żmien sal-2007).  

Irrid jingħad ukoll illi s-sajjieda Maltin qatt ma wżaw id-driftnets għas-sajd tat-tonn u l-pixxispad ħlief għal xi tip ta’ driftnets żghar ħafna għal speċi ta’ ħut bħat-tumbrell, li żgur ma kellhomx impatt fuq id-dniefel. Madankollu Malta rratifikat il-ftehim tal-Ġnus Magħquda dwar il-Conservation and Management of Straddling Fish Stocks and Highly Migratory Fish Stocks f’Novembru 2001, li fost affarijiet oħra tipprojbixxi l-użu tad-driftnets itwal minn 2.5 kilometri. Barra minn hekk fit-trattat tas-sħubija ma’ l-Unjoni Ewropea, Malta aċċettat ir-regolament EC 1239/98 li tipprojbixxi kull tip ta’ driftnet.  

DOI  14.10.2004

11.16 Kbytes Last Modified on 15th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow