TKOMPLI L-ĦIDMA BIEX INSIRU AKTAR KOMPETITTIVI
Il-miżuri fiskali, ir-riforma fil-portijiet, l-importanza tal-istandards, it-tnaqqis fil-burokrazija, l-investimenti li qegħdin jigu attirati, it-titjib ta’ ‘prodott Malta ’, l-effiċjenza u li nkunu kapaċi noffru servizz jew prodott tajjeb bi prezz kompetittiv, huma l-qofol sabiex inkabbru l-kompetittivita’ ta’ Pajjiżna.
Il-Gvern qiegħed jisħaq li l-kompetittivita’ hi responsabbilita ta’ kulhadd, u li l-istandard tal-prodott li noffru hu essenzjali sabiex nattiraw l-investimenti u ngħollu l-livell tal-għixien. Filwaqt li l-Gvern qieghed jaħdem lejn din id-direzzjoni, wieħed irid jifhem ukoll li din hi direzzjoni kollettiva. It-trade unions, il-korpi kostitwiti, l-industrija, in-negozji zghar u medji huma kollha parti integrali minn dan il-pjan.
Il-Ministeru għall-Kompetittivita’ u l-Komunikazzjoni għandu f’idejh kopja tar-rapport maħrug illum mill-World Econmic Forum, liema rapport kien ukoll ippreżentat waqt konferenza stampa minn Competitive Malta. Pajiżna jikkompara tajjeb ma’ pajjiżi oħra li ilhom membri tal-Unjoni Ewropea, fosthom il-Greċja u l-Italja li ġew wara Malta . Minn naħa l-oħra, qegħdin fuq l-istess livelli tal-Irlanda u Franza.
Il-ħidma tal-Gvern li jpoġġi lil pajjiżna fuq livelli komuni għal dawk ta’ pajjiżi oħra, hi ħidma li bis-saħħa ta’ kulhadd qegħdin u rridu naslu għaliha. Ir-riżultati mhux se jaslu mill-llum għal għada, iżda l-Gvern jinsab persważ li il-prijoritajiet li għandu quddiemu se jħallu l-effett mixtieq.
Il-fatturi li jeħtiegu attenzjoni f’Pajjiżna huma diġa prijorita’ għal dan il-Gvern, li imbarka fuq programm intensiv biex jassigura li dawn il-fatturi jiġu ndirizzati.
Statistika riċenti ta’ l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li Malta qegħda żżid fil-kompetittivita’ tagħha f’setturi ġodda li kkontribwew biex fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien hemm żieda ta’ Lm 6.2 miljuni fuq l-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Dan hu riżultat ta’ żvilupp f’setturi ġodda li minnhom pajjiżna għandu l-potenzjal kollu li jibbenefika. B’hekk l-investiment f’Malta f’dan il-perjodu tela ghal Lm30.4 miljuni. F’dawn is-sentejn kellna wkoll 1,530 negozju li fihom rajna inizjattiva kummerċjali ġdida sseħħ.
Ir-rapport isemmi li d-deficit tal-pajjiż, in-nefqa tal-Gvern, l-investiment fir-riċerka, l-iżvilupp u innovazzjoni, huma fost dawk is-setturi li wasslu għall-pozizzjoni ta’ Malta . Hu propju għalhekk li l-Gvern wiegħed li jnaqqas id-deficit għal realtajiet aċċettabbli, sabiex jassigura li l-kompetittivita’ ta’ Pajjiżna titla’ għal livelli mixtieqa. Ir-riżultati akkwistati mill-Gvern fil-qasam tat-telekomunikazzjoni u l-informazzjoni teknologika, ippġġu lil Malta fost l-ogħla livelli u huma l-aqwa ċertifikat għall-ħidma li saret tul dawn l-aħħar snin.
Wieħed irid jindika ukoll li dan ir-rapport mhux ibbażat fuq statistika iżda fuq surveys li ntbagħtu lil individwi f’pajjiżi, fosthom Malta , u li allura kull kumment jew diskussjoni fil-pajjiż, anki politika, tista taffettwa l-fehma tan-nies li taw l-opinjoni tagħhom, u tispjega ċertu xejriet negattivi.
DOI – 13.10.2004
8.78 Kbytes Last Modified on 14th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946