SUPERVIŻJONI TAT-TFAL FL-ISKEJJEL
B’referenza għal dak li intqal mill-Onor. Carmelo Abela dalgħodu waqt konferenza stampa dwar is-supervizjoni tat-tfal fl-iskejjel tajjeb li wieħed ikun jaf li fil-bidu ta’ din is-sena skolastika d-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni ippubblikat ċirkolari numru 71/2004 fejn infurmat lill-iskejjel bil-policy tad-Diviżjoni dwar is-superviżjoni tat-tfal. (ċirkolari annessa)
Il-punti ewlenin ta’ din iċ-ċirkolari kienu wkoll ikkomunikati lill-iskejjel u lill-ġenituri kollha permezz tal-messaġġ tal-Ministru ta’ l-Edukazzjoni fl-okkażjoni ta’ l-ewwel jum tas-sena skolastika li kien jgħid hekk dwar is-superviżjoni:
“F’dawn l-aħħar xhur saru l-laqgħat meħtieġa ma’ l-assoċjazzjonijiet tat-trasport ta’ l-istudenti biex kemm jista` jkun jingħata servizz tajjeb. It-Taqsima Trasport Skejjel ta’ l-Istat ser tkun qed issegwi r-rotot kollha biex tara li l-kundizzjonijiet miftiehma ma’ l-assoċjazzjonijiet qed jiġu osservati. Diskussjonijiet ma’ dawn l-assoċjazzjonijiet u kuntratturi għadhom għaddejjin biex ikun hemm servizz dejjem aħjar f’dan is-settur.
Il-ġenituri huma avżati li:
1. Fir-rigward tal-kinder u l-iskejjel primarji ta’ l-Istat il-bibien ta’ l-iskola jinfetħu għaxar minuti qabel il-bidu ta’ l-iskola. Hi responsabbilita` tal-ġenituri li jwasslu lit-tfal l-iskola fil-ħin. L-iskola ma tistax tassumi responsabbilita` għal tfal li jitwasslu qrib l-iskejjel qabel dan il-ħin. Eċċezzjonijiet għal din ir-regola jistgħu isiru biss b’arrangamenti speċjali jekk ikunu possibbli.
2. Il-ġenituri huma responsabbli wkoll li jiġbru l-uliedhom fil-ħin li tispiċċa l-iskola u mhux iħallu t-tfal jistennew tul ta’ ħin. L-amministrazzjoni ta’ l-iskola ma tistax tidħol responsabbli għal tfal li l-ġenituri tagħhom ma jiġux għal uliedhom fil-ħin.
3. Fir-rigward ta’ skejjel sekondarji saru arrangamenti bi ftehim mal-Kapijiet biex dawk l-istudenti li jużaw is-servizz ta’ trasport ta’ l-iskejjel ikunu jistgħu jidħlu l-iskola sa nofs siegħa qabel tibda l-iskola. Meta t-trasport jasal tard għalihom l-istudenti jkunu jistgħu jikkuntattjaw il-ġenituri biex jinfurmawhom u jinżammu jistennew fl-iskola.
Il-messaġġ tal-Ministru kien ukoll mibgħut lill-istampa permezz ta stqarrija tad-Dipartiment ta’ l-Infomazzjoni numru 1462 maħruġ fis-26 ta’ Settembru 2004.
| Ref: | OPS/71/2004 |
| From: | Director Operations |
| To: | All Heads of School (State Only) |
| Subject: | Transport Supervision |
| Date: | 22nd September 2004 |
The attention of all Heads of School is being drawn to the existing procedure in connection with the time for opening and closing of schools regarding requests for transport supervision.
It is the practice that Heads of School can utilise the services of up to a maximum of three supervisors daily either one in the morning and two in the afternoon or vice versa.
Morning supervision is 30 minutes before school starts while requests for after school supervision are acceded to only if transport is provided later than 15 minutes after school ends.
Heads of School are reminded that they have to justify their requests for transport supervision and that prior permission has to be obtained from the Assistant Director of the Region.
Returns are to be addressed to the Accounts Section via email on a separate template than that used for Mid-day Break Supervision. The Transport Supervision Template will be conveyed to all schools by the Accounts Section.
Furthermore Heads are to submit the attached form giving details of routes, dates and time when transport was late to Mr Mario Abela, Schools’ Transport Section, Education Division, Floriana CMR 02.
__________________
Alfred Mallia
Director Operations
DOI – 13.10.2004
17.48 Kbytes Last Modified on 13th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Stqarrijiet Oħra:
PR261946
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...
PR261945