IL-VIĊI PRIM MINISTRU TONIO BORG JIPPARTEĊIPA FIL-ĦAMES LAQGĦA ASJA-EWROPA
Il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Gustizzja u l-Intern, Dr Tonio Borg dan l-aħħar ha sehem fl-ASEM 5, il-Ħames Laqgħa Asja-Ewropa, li saret dan l-aħħar f’Hanoi, il-Vjetnam u li għaliha attendew għadd ta’ kapijiet ta’ stati Ewropej u Asjatiċi.
l-ASEM hija proċess informali ta’ djalogu li nbeda fl-1996 u li tlaqqa` il-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea u dawk Asjatiċi biex b’viżjoni komuni għal futur, jiddiskutu issues politiċi, ekonomiċi u kulturali bil-għan li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewg reġjuni. Din kienet l-ewwel darba li għal-laqgħa attendew rappreżentanti mill-25 pajjiż wara t-tkabbir ta’ l-Unjoni f’Mejju li għadda.
Tul il-laqgħa, li ssir regolarment kull sentejn, ġew diskussi għadd ta’ issues ta’ interess komuni għaż-żewg kontinenti fid-dawl tal-globalizazzjoni, fosthom il-ħtiega li tkompli tissaħħah, permezz ta’ djalogu, il-koperazzjoni ta’ bejniethom. Il-kapijiet tal-gvernijiet affermaw id-determinazzjoni tagħhom biex jiffaċċjaw l-isfidi ta’ l-instabilita’, it-terroriżmu, il-kriminalita’ organiżżata, it-traffikar illegali ta’ persuni, d-degradazzjoni ambjentali, il-ġlieda kontra r-razzizmu u l-xenofobia kif ukoll il-firda dejjem tikber bejn il-pajjiżi sinjuri u dawk fqar.
Il-mexxejja iddiskutew ukoll il-qagħda fil-Lvant Nofsani, l-iżvilupp reġjonali kif ukoll kwestjonijiet soċjali. Gew diskussi ukoll il-possibilta’ ta’ koperazzjoni kummerċali bejn iż-żewg reġjuni kif ukoll il-possibilita’ ta’ żieda ta’ proġetti li jippromwovu il-bdil ta’ attivitajiet kulturali minkejja li s’issa diġa jeżistu iktar minn 200 proġett li jinvolvu eluf ta’ nies mill-Ewropa u l-Asja.
Waqt il-laqgħa f’Hanoi, il-Ministru Tonio Borg ħa l-opportunita biex jiltaqa’ ma’ għadd ta’ mexxejja Ewropej biex jiddiskuti temi komuni, partikolarment il-fenomenu ta’ l-immigrazzjoni illegali.
… / Speech
DOI – 13.10.2004
9.91 Kbytes Last Modified on 13th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Stqarrijiet Oħra:
PR261946
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...
PR261945