Left arrow Go Back

JINGĦATA BIDU GĦAD-DEVELOPMENT BRIEF FUQ YACHT MARINA FIX-XEMXIJA

PR1586
Date Icon 12/10/2004

Il-Ministru għall-Kompetittivita’ u Komunikazzjoni l-Onor. Censu Galea, flimkien ma’ Dott. Marc Bonello u s-Sur Oscar Borg, Chairman u Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ Marittima ta’ Malta rispettivament, il-bieraħ kellhom laqgħa mal-Awtorita’ Maltija għall-Iżvilupp u Ippjanar (MEPA), sabiex ikun diskuss il-progett ta’ yacht marina fix-Xemxija. Preżenti għan-naħa tal-MEPA kienu s-Sur Andrew Calleja - Chairman, Dott. Godwin Cassar -  Direttur Ġenerali u s-Sur Christopher Borg - Direttur tad-Development Planning.  

Waqt il-laqgħa kienu diskussi diversi punti dwar il-proġett propost qabel ma jasal fl-istadju ta’ sottomissjoni uffiċjali lill-MEPA. Dan sar, fil-kontest tar-rapport li kien tħejja mill-Awtorita’ tal-Ippjanar, liema rapport kien identifika l-Bajja tax-Xemxija bħala sit potenzjali għall-iżvilupp ta’ yacht marina fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta .  

Għal dan il-għan se jitwaqqaf working group bejn l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta u l-Awtorita’ Maltija għall-Iżvilupp u Ippjanar biex jiġu kkordinati diversi punti rilevanti u biex jiġi assigurat li l-proġett jiġi ppjanat għall-aħjar benefiċċju ekonomiku u soċjali tal-inħawi.  

Wara dan l-eżerċizzju, l-Awtorita’ Marittima ta’ Malta se tħejji u tippubblika development brief sabiex wara tkun tista ssir applikazzjoni uffiċjali għall-iżvilupp.  

Dan il-proġett ġie identifikat mill-Gvern minħabba li d-domanda għal berths fil-yacht marinas eżistenti hi waħda kbira ħafna, mhux biss lokalment iżda wkoll minn barranin li jżuru pajjiżna, u bis-saħħa ta’ dan qiegħed jiżviluppa suq ġdid fi ħdan is-settur turistiku Malti.  Yacht marina f’dawn l-inħawi ma sserviex biss bħala attrazzjoni ġdida għas-sidien ta’ dgħajjes u yachts, mgħammra b’faċilitajiet moderni għall-użu tagħhom, iżda sservi wkoll bħala kontribut addizzjonali għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Aktar u aktar la jsir l-żvilupp f’din iż-żona, awtomatikament jiġi affetwat b’mod pożittiv ir-riġenerazzjoni ta’ l-attivita’ ekonomika u soċjali u l-valur ta’ dawn l-inħawi. 

DOI - 12.10.2004

9.07 Kbytes Last Modified on 12th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

More Press Releases Right arrow