Left arrow Mur Lura

INIZJATTIVA FAVUR IL-QARI F’GĦAWDEX

PR1585
Date Icon 12/10/2004

Għas-seba’ sena konsekuttiva, il-Libreriji Pubbliċi t’Ghawdex qed joganizzaw sessjonijiet ta’ qari għat-tfal. Dawn is-sessjonijiet isiru kull ġimgħa fil-Librerija Pubblika u fil-Librerija tas-Self tal-Kotba, Victoria.  

Is-sessjonijiet isiru matul is-sena akkademika, jiġifieri bejn Ottubru u Mejju. Kull nhar t’Erbgħa, bejn l-4.00pm u l-5.00pm, studenti li jattendu l-klassijiet tal-Year 1, Year 2 u Year 3 jistgħu jmorru għas-sessjonijiet li jinżammu fil-Librerija tas-Self tal-Kotba, filwaqt li dawk li jattendu l-klassijiet ta’ bejn il-Year 4 u Year 6, jistgħu jmorru għas-sessjonijiet li jsiru fil-Librerija Pubblika.  

It-tfal li jattendu mhux biss jisimgħu stejjer bil-Malti u bl-Ingliż li jinqraw lilhom mill-ħaddiema tal-libreriji imma wkoll jiġu mħajra jaqraw kotba huma stess kif ukoll jikkontribwixxu b’xogħlijiet tagħhom li mbagħad jaqrawhom quddiem il-bqija ta’ sħabhom. It-tfal jiġu murija wkoll materjal awdjo-viżiv permezz ta’ videos li jistimola iktar is-sens ta’ kreattivita’ fit-tfal u l-imħabba lejn il-lingwi. Dan l-eżerċizzju huwa wieħed importanti li jgħin lit-tfal sabiex jakkwistaw iktar ħiliet marbuta mal-lingwi filwaqt li fl-istess ħin, jagħmilhom familjari ma’ l-użu ta’ kotba u servizzi varji tal-libreriji pubbliċi.  

L-ewwel sessjoni għal din is-sena nżammet nhar l-Erbgħa 6 t’Ottubru. It-tieni sessjoni se tinżamm għada. Anke għal din is-sena, il-kumpanija Miller Distributors Ltd qed toffri kotba li jittellgħu fost l-istudenti li jattendu s-sessjonijiet. L-għalliema, studenti Universitarji u ġenituri huma mistiedna li jattendu. Għal kull sessjoni jattendu madwar għoxrin tifel u tifla.  

Kull min jixtieq jattendi sessjonijiet ta’ qari għat-tfal jista’ jagħmel dan billi jikkuntattja lill-uffiċjali tal-librerija fuq numri tat-telefon 21561510 jew 21553729, jew inkella jmur f’waħda miż-żewġ libreriji ewlenin fil-Belt Victoria.

DOI  12.10.2004

4.41 Kbytes Last Modified on 12th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow