Left arrow Go Back

RIVEDUTI L-LINJI TA’ GWIDA GHALL-KONTROLL TA’ L-IZVILUPP

PR158
Date Icon 09/02/2004

Fis-sena 2000 gew ippubblikati l-linji ta’ gwida ghall-kontroll ta' l-izvilupp.  Dawn dahlu fis-sehh f'Novembru ta' l-istess sena flok linji gwida ohrajn (DC1/88) li kienu dahlu fis-sehh fl-1988.  

Meta kien qed jitkellem waqt konferenza nazzjonali ‘Policy and Design Guidance 2004’ il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino qal li dawn il-linji dahlu fis-sehh bhala gwida u kien hemm ftehim li dawn jigu riveduti hekk kif ikun mehtieg fi zmien qasir skond dak li jigi esperjenzat mill-implementazzjoni taghhom.     Wara li ghaddew erba’ snin minn dak id-dokument qed jitressaq dokument aggornat li x-xoghol fuqu ilu ghaddej ghal aktar minn sentejn.  Id-dokument huwa r-rizultat ta' diversi laqghat bejn il-Kamra tal-Periti, ic-Chairpersons tal-Kummissjonijiet ghall-Kontroll ta' l-Izvilupp u d-Direttorat ta' l-Ippjanar ta’ l-Awtorita’ ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA). 

Fid-dokument gew aggornati diversi policies li kien hemm qabel u zdiedu ohrajn godda.  L-ghan ewlieni tat-tibdil li sar kien li jkunu kkoreguti xi kuncetti godda li kien hemm fid-dokument ta' qabel, bil-ghan li fit-toroq naraw rizultat ahjar minn dak li kien hawn dawn l-ahhar snin.  

Dan id-dokument ikompli jsahhah il-vizjoni u l-missjoni tal-MEPA billi l-izvilupp li qieghed isir fi zmienna ikun zvilupp den u li jirrispetta l-karattru u l-ambjent ta' pajjizna, bil-ghan li l-generazzjonijiet futuri ikollhom x'japprezzaw fil-wirt li ser jithallilhom. 

Id-dokument ghandu erba' ghanijiet principali:

      1. li jigi prodott bini ta' kwalita'  estetika tajba fl-ambjent mibni;
      2. li jigi provdut ambjent ahjar fejn nghixu;
      3  li jkun hemm pjan sabiex ma jkunx hemm konflitt bejn it-traffiku u l-pubbliku;
      4  li nahsbu fil-konservazzjoni ta' energija waqt id-disinn tal-bini. 

F'dan id-dokument gew proposti linji ta’ gwida fejn il-perit u l-case officer jahdmu  flimkien sabiex sew il-klijent kif ukoll il-pubbliku in generali jkollhom prodott ahjar. 

Il-Ministru qal li ghalkemm id-dokument jidher wiehed voluminuz dan m'ghandux jittiehed bhala dokument li qieghed jorbot idejn il-perit izda ghandu jservi bhala ghodda biex il-perit johrog bi progett ahjar kemm f'dak li ghandu x'jaqsam ma’ arkitettura kif ukoll fil-funzjonalita’. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Inawgurat bust ta’ Ġorġ tal-Mużew fl-Isptar Mater Dei b’tifkira tal-ħidma tiegħu fost dawk vulnerabbli

PR261936

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERATION OF THE GRAND HARBOUR  ERA launches anniversary publication: A decade of protecting Malta’s natural future

PR261935en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR ENERGY, THE ENVIRONMENT AND THE REGENERAT...

More Press Releases Right arrow