Left arrow Mur Lura

PARIR MILL-AWTORITÀ DWAR IL-MEDIĊINI GĦALL-IMPORTATURI U DISTRIBUTURI U NIES INTERESSATI DWAR IR-REĠISTRAZZJONI TA’ PRODOTTI MEDIĊINALI MAGĦMULIN MILL-ĦXEJJEX

PR1561
Date Icon 08/10/2004

Direttiva 2004/24/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-direttiva 2001/83/EC dwar il-Kodiċi tal-Komunità għall-mediċini għall-użu mill-bniedem dwar Traditional Herbal Medicinal Products ġiet ippubblikata fil-31 ta’ Marzu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea. Din id-direttiva daħlet fis-seħħ fit-30 ta’ April 2004 fil-25 stat membri ta’ l-UE u b’hekk tarmonizza r-regolazzjoni ta’ mediċini tradizzjonali magħmulin mill-ħxejjex.  

Il-proċess issa jinvolvi li dawn id-direttivi jiġu riflessi fil-liġi Maltija taħt l-Att dwar il-Mediċini tal-2003. L-implimentazzjoni u l-inforzar ta’ l-istess direttiva jibdew fit-30 ta’ Ottubru 2005.  

L-Awtorità dwar il-Mediċini tistieden lill-importaturi u distributuri u kull min hu interessat iżur is-sit ta’ l-internet ta’ l-Awtorità www.health.gov.mt/mru u jikklikkja fuq “Publications” fejn isib dokument intitolat “Information for Wholesale Dealers / Distributors regarding the regulation of Traditional Herbal Medicinal Products” li jagħti tagħrif fuq is-suġġett. Il-leġislazzjoni kollha tista’ tiġi aċċessata billi tikklikkja fuq “Links” imbagħad fuq “Legislation” fl-istess sit ta’ l-Awtorità.  

Domandi u kummenti jistgħu jintbagħtu lil herbals.adm@gov.mt    

DOI – 08.10.2004

3.96 Kbytes Last Modified on 08th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow