TILWIMA INDUSTRIJALI RIZOLTA
Is-Segretarju Parlamentari fi hdan il-Ministeru ghall-Politika Socjali, l-Onor. Francis Agius dalghodu laqa' b’sodisfazzjon il-fatt li t-tilwima industrijali tal-MUMN giet rizolta minghajr il-bzonn ta’ azzjonijiet industrijali.
Dr. Agius enfasizza l-fatt li minkejja li xi kultant jista’ jkun hemm punti li wiehed ma jkunx jaqbel fuqhom, xorta irridu inzommu quddiem ghajnejna li mad-drittijiet tal-haddiema hemm ukoll marbuta d-doveri u d-dmirijiet li l-istess haddiema ghandu jkollhom lejn l-anzjani li jahdmu maghhom.
Dr. Agius radd hajr kemm lis-Segretarjat kif ukoll lid-Dipartiment ghall-Kura ta’ l-Anzjani, ghall-hidma immedjata taghhom biex hekk is-sitwazzjoni regghet giet lura ghan-normal fl-iqsar zmien possibli.
Is-Segretarjat Parlamentari jinnota ukoll l-istqarrija ta’ l-MUMN li qed tigi mehmuza ma’ din l-istqarrija bi qbil bejn iz-zewg partijiet.
Other Press Releases:
PR261936
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA I...
PR261935en