Left arrow Mur Lura

SKEMA TA’ SUSSIDJU FUQ TADAM IPPROĊESSAT

PR1559
Date Icon 07/10/2004

Id-Direttur ta' l-Agrikultura javża lil dawk il-bdiewa u għaqdiet tal-produtturi, li din is-sena kienu rreġistraw fl-uffiċċju ta' l-IACS biex jirċievu s-sussidju fuq it-tadam għall-ipproċessar, għandhom jagħmlu applikazzjoni għall-ħlas ta' dan is-sussidju.  

Din l-applikazzjoni ssir fl-Uffiċċji ta' l-Extension Service fil-Mosta, Rabat , Siġġiewi u Żabbar, fiċ-Ċentru ta' Riċerka u Żvilupp, Għammieri u fil-Fergħa ta' l-Agrikultura (IACS), Dipartiment għall-Proġetti u Żvilupp, Ministeru għal Għawdex.  

Il-formoli jinkisbu mill-uffiċċju fejn issir l-applikazzjoni. L-uffiċjali tal-Gvern jagħtu l-għajnuna kollha meħtieġa lill-applikanti biex timtela’ l-formola ta' l-applikazzjoni. Biex jitħaffef ix-xogħol, importanti li l-applikanti jieħdu magħhom:  

·     l-irċevuta (8 paġni) ta' l-applikazzjoni ta' l-IACS;  

·     kopja tal-kuntratt/i li sar mal-proċessur/i (u ta' xi estenzjonijiet);  

·     għal kull kuntratt, dikjarazzjoni iffirmata mill-proċessur li turi il-kwantità totali ta' tadam imwassal għall-ipproċessar;  

·     in-numru tal-VAT;  

·     il-karta ta' l-identità tal-produttur (u dik tal-persuna li tagħmel l-applikazzjoni f'każ li din ma tkunx il-produttur).  

Jekk ma jiġix avżat mod ieħor, l-applikazzjonijiet għandhom isiru sat-30 ta' Novembru 2004. F'każ ta' applikazzjonijiet li jaslu wara din d-data, is-sussidju dovut jitnaqqas b'wieħed fil-mija għal kull ġurnata ta' dewmien, iżda jintilef id-dritt għas-sussidju jekk id-dewmien ikun ta' aktar minn 15-il ġurnata.  

DOI – 07.10.2004

6.41 Kbytes Last Modified on 07th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow