ID-DOKUMENTI KOLLHA DWAR IL-PRIVATIZZAZZJONI TAL-MALTA FREEPORT SE JKUNU PUBBLICI
Il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni jirreferi għall-kummenti tad-Deputat Mexxej Laburista, Charles Mangion rigward il-privatizzazzjoni tal-Malta Freeport .
Id-Deputat Mexxej Mangion jidher li ma qarax sew l-istqarrija tal-Gvern li kienet ippubblikata dak inhar tal-privatizzazzjoni nhar it-Tlieta, 5 t’Ottubru 2004, fejn il-Gvern kien stqarr, u ntennu:
“Id-dokumentazzjoni kollha relatata ma’ din il-privatizzazzjoni ser tingħata lill-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament għall-iskrutinju ta’ din it-transazzjoni.”
Kif imwiegħed, id-dokumenti kollha ser jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tal-Parlament fl-ewwel seduta li ser tiltaqa’, jiġifieri nhar it-Tnejn li ġej fil-għaxija.
Il-Ministeru jaqbel għal kollox mal-fehma tad-Deputat Mexxej Mangion li hu meħtieġ li dawn id-dokumenti jsiru pubbliċi, biex il-pubbliku jkun sodisfatt li l-ftehim intlaħaq skond il-valur reali tal-Malta Freeport .
Il-Gvern dejjem kellu l-intenżjoni li jpoġġi dawn id-dokumenti fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti, għax m’għandhu xejn x’jaħbi, bħalma pprova jaghti x’jifhem il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni; u ma kienx hemm bzonn ta’ l-intervent ta’ l-Oppożizzjoni biex dan isir.
DOI – 07.10.2004
5.81 Kbytes Last Modified on 07th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Stqarrijiet Oħra:
PR261946
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...
PR261945