Left arrow Go Back

ID-DOKUMENTI KOLLHA DWAR IL-PRIVATIZZAZZJONI TAL-MALTA FREEPORT SE JKUNU PUBBLICI

PR1555
Date Icon 07/10/2004

Il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni jirreferi għall-kummenti tad-Deputat Mexxej Laburista, Charles Mangion rigward il-privatizzazzjoni tal-Malta Freeport .  

Id-Deputat Mexxej Mangion  jidher li ma qarax sew l-istqarrija tal-Gvern li kienet ippubblikata dak inhar tal-privatizzazzjoni nhar it-Tlieta, 5 t’Ottubru 2004, fejn il-Gvern kien stqarr, u ntennu:  

“Id-dokumentazzjoni kollha relatata ma’ din il-privatizzazzjoni ser tingħata lill-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament għall-iskrutinju ta’ din it-transazzjoni.”  

Kif imwiegħed, id-dokumenti kollha ser jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra tal-Parlament fl-ewwel seduta li ser tiltaqa’, jiġifieri nhar it-Tnejn li ġej fil-għaxija.  

Il-Ministeru jaqbel għal kollox mal-fehma tad-Deputat Mexxej Mangion li hu meħtieġ li dawn id-dokumenti jsiru pubbliċi, biex il-pubbliku jkun sodisfatt li l-ftehim intlaħaq skond il-valur  reali tal-Malta Freeport .  

Il-Gvern dejjem kellu l-intenżjoni li jpoġġi dawn id-dokumenti  fuq il-mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti, għax m’għandhu xejn x’jaħbi, bħalma pprova jaghti x’jifhem il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni; u ma kienx hemm bzonn ta’ l-intervent ta’ l-Oppożizzjoni biex dan isir.

DOI – 07.10.2004

5.81 Kbytes Last Modified on 07th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

More Press Releases Right arrow