JUM DINJI GĦAS-SAĦĦA MENTALI
PR1552
07/10/2004
B' rabta mal-Jum Dinji għas-Saħħa Mentali, nhar l-Erbgħa 13 t' Ottubru 2004, fl-iSptar Monte Carmeli se tinfetaħ wirja artistika mill-Onor. Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita', Dr Louis Deguara li tinkludi xogħlijiet imtella' minn pazjenti u impjegati ta' l-isptar.
Fl-istess okkażjoni se jinfetaħ ukoll Mużew tal-Psikjatrija fejn se jkunu eżebiti għodda u tagħmir li kien jintuza matul medda ta' mitejn sena f'dan l-isptar.
Il-pubbliku huwa mistieden biex bejn l-Erbgħa 13 u l-Ħadd 17 ta' Ottubru 2004 iżur il-wirja artistika u l-Mużew tal-Psikjatrija. Id-dħul huwa bla ħlas.
DOI – 07.10.2004
4.83 Kbytes Last Modified on 07th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Stqarrijiet Oħra:
PR261946
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...
PR261945