IŻJED MINN 3,000 LIĊENZJA TAN-NEGOZJU MAĦRUĠA MIT-TRADE LICENSING UNIT
Press Releases
IŻJED MINN 3,000 LIĊENZJA TAN-NEGOZJU MAĦRUĠA MIT-TRADE LICENSING UNIT
Waqt żjara fin-negozji tal-lokalita` ta’ Ta’ Xbiex, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, ħabbar statistika ta’ kemm ġew ipproċessati u finalizzati applikazzjonijiet għal-liċenzji tan-negozju (ara Tabella 1).
B’kollox, minn Mejju 2002 sa Awissu ta’ din is-sena, it-Trade Licensing Unit ipproċessa 3087 applikazzjoni għal-liċenzja. Minn Jannar sa Awissu ta’ din is-sena ġew ipproċessati 1089. Bejn Mejju 2002 u Awissu 2004, l-applikazzjonijiet ġodda kienu 2415, filwaqt li bejn Jannar 2004 u Awissu 2004 dawn kienu 754. Mill-applikazzjonijiet li ġew ipproċessati bejn Mejju 2002 sa Awissu 2004 u bejn Jannar u Awissu ta’ din is-sena, gew ipproċessati rispettivament 1002 u 269 applikazzjoni, fejn qabel qatt ma kien hemm negozju. Fost l-applikazzjonijiet ipproċessati kien hemm 414 kanċellazzjoni bejn Mejju 2002 u Awissu 2004, u 249 kanċellazzjoni bejn Jannar u Awissu 2004. Hawn tajjeb li wieħed jinnota li ħafna minn dawk li talbu l-kanċellazzjoni ta’ liċenzja mhux bilfors għalqu n-negozju tagħhom iżda setgħu kienu mitluba li jikkanċellaw il-liċenzja għaliex kien hemm xi bidla fis-sid tan-negozju u oħrajn kellhom jitolbu l-approvazzjoni tal-kanċellazzjoni tal-liċenzja biex ikunu jistgħu jieħdu l-pensjoni. Ovvjament kien hemm wkoll xi negozji li għalqu. Iżda f’dan il-qasam ir-‘rate of failure’ m’hix waħda li tista’ tiġi notata u dan għaliex filwaqt li s-sid jista’ jinbidel, in-negozju bħala sit (ħanut, fabbrika, eċċ) jerġa’ jinfetaħ minn ħaddieħor.
Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo qal li din l-istatistika turi kemm f’dan il-pajjiż kapaċi naraw l-attivita` kummerċjali tikber. Dan jigri kemm-il darba inkomplu naħdmu flimkien biex nissimplifikaw il-proċeduri, innaqqsu il-burokrazija, u naraw li jkollna negozji kompetittivi li lkoll flimkien jgħinu biex jaghmlu ’l pajjiżna aktar kompetittiv.
Din is-simplifikazzjoni fil-procedura ta’ l-għotja tal-licenzji tan-negozju wasslet biex bejn Mejju 2002 u Awissu 2004 kien hemm mat-3,000 negozju ġdid, iżda s-Segretarju Parlamentari qal li jista’ jkun hemm lok biex din il-proċedura tiġi simplifikata iżjed. Fil-fatt, is-Segretarju Parlamentari għamel numru ta’ proposti biex jiġu diskussi mis-Settur Kummercjali f’fażi ta’ Konsultazzjoni bil-ħsieb li naraw:
· Jekk wasalx iż-żmien li f’pajjiżna naċċettaw li ċertu setturi ta’ negozju jkunu jistgħu jibdew jaħdmu bil-permess tal-MEPA biss, mingħajr il-bżonn tal-liċenzja tan-negozju billi mbagħad jirreġistraw l-attivita` kummerċjali tagħhom wara li jkunu bdew joperaw.
· Liema huma dawk is-setturi ta’ negozju li jistgħu jgħaddu mingħajr il-liċenzja tan-negozju iżda bil-permess tal-MEPA biss.
· Fejn għad għandna bżonn ta’ sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ negozji u fejn jibqa’ l-bżonn ta’ sistema ta’ ħrug tal-liċenżji tan-negozji.
· Jekk ikunx aktar sostenibbli li ċertu Dipartimenti jew Awtoritajiet, filwaqt li jibqgħu joħorġu l-liċenzja tan-negozju ta’ ċertu setturi, għandhomx ikollhom lit-Trade Licensing Unit jaħdem bħala aġent għalihom. B’dan il-mod l-applikazzjonijiet ikunu jistgħu jsiru f’post wieħed minflok f’diversi uffiċċji differenti.
· Jekk għandux ikun hemm emendi fil-liġijiet differenti li bihom jinħarġu liċenżji tan-negozju, bil-ħsieb li jkollna liġi waħda li tirregola l-ħruġ tal-liċenzji għas-setturi kollha.
Is-Segretarju Parlamentari fakkar li l-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju ilhom biss sentejn f’idejn it-Trade Licensing Unit. Qabel kienet il-Pulizija li kienet tipproċessa dawn l-applikazzjonijiet, u mhux kull applikazzjoni kienet tiġi aċċettata. Is-sistema tal-ħruġ tal-liċenzji tan-negozju kif applikata mit-TLU diġa saret taħdem daqs li kieku kienet sistema ta’ reġistrazzjoni ta’ negozju. Dan għaliex kemm ilha titħaddem din is-sistema, l-ebda applikazzjoni ma ġiet rifjutata. Dan wassal biex juri li f’pajjiżna għandna prova ċara li meta tonqos il-burokrazija il-kummerċ jaħdem iżjed u aħjar, u meta il-kummerċ jikber igawdi l-pajjiż kollu.
DOI – 06.10.2004
TABELLA 1.
Permessi Maħruġa
Mejju 2002 – Awissu 2004
Jannar 2004 – Awissu 2004
Applikazzjonijiet mingħajr il-permess tal-MEPA
17
4
Applikazzjonijiet ġodda li diġa kellhom il-permess tal-MEPA
985
265
Bdil ta’ l-attivita` bil-permess tal-MEPA
51
14
Bdil ta’ sid in-negozju
549
195
Bdil ta’ idejn tan-negozju permezz ta’ wirt
52
26
Bdil tal-ġeneru tan-negozju mingħajr il-bżonn tal-permess tal-MEPA
130
51
Street Hawkers
271
91
Market Hawkers
360
108
Total Applikazzjonijiet għal negozju ġdid
2415
754
Complete data for Trading Licences Issued:
Trading Licences/Notifications issued, transferred or cancelled during January 2004 – August 2004
Form/ File Reference
Type of Application
Licences/
Notifications issued
A
New application without MEPA permit
4
B
Change to new system
11
C
New application having MEPA permit
265
D
Change of activity with MEPA permit
14
E
Transfer (inter-vivos)
195
F
Transfer by inheritance
26
G
Cancellation
249
H
Street hawkers
91
I
Market hawkers
108
J
Substitute hawkers
23
K
Late night shopping
7
L
Grocers opening on Sundays/Public Holidays
8
M
Car boot sales
2
N
Commercial fairs
11
O
Change of use without MEPA permit
51
CD/3219/02
Extension of business hours up to 4.00 am
24
Application to register a commercial activity
0
Trading Licences/Notifications issued, transferred or cancelled during May 2002 – August 2004
Form/ File Reference
Type of Application
Licences/
Notifications issued
A
New application without MEPA permit
17
B
Change to new system
51
C
New application having MEPA permit
985
D
Change of activity with MEPA permit
51
E
Transfer (inter-vivos)
549
F
Transfer by inheritance
52
G
Cancellation
414
H
Street hawkers
271
I
Market hawkers
360
J
Substitute hawkers
23
K
Late night shopping
39
L
Grocers opening on Sundays/Public Holidays
20
M
Car boot sales
28
N
Commercial fairs
40
O
Change of use without MEPA permit
130
CD/3219/02
Extension of business hours up to 4.00 am
57
Application to register a commercial activity
0
108.76 Kbytes Last Modified on 06th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Stqarrijiet Oħra:
PR261946
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...
PR261945