Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JINAWGURA L-KONSOLAT MALTI FIL-LIBJA

PR1539
Date Icon 05/10/2004

Il-Prim Ministru llum ħalla Malta għal Tripli fejn se jkollu laqgħa mal-Prim Ministru tal-Libja, Dr Shoukri Ghanem.  Waqt din iż-żjara l-Prim Ministru se jinawgura uffiċjalment il-Konsolat Malti fil-Libja.  

Il-Prim Ministru huwa akkumpanjat mill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, Tonio Borg, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin, Michael Frendo, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Cecilia Attard-Pirotta, il-Kap tas-Segretarjat tal-Prim Ministru, Edgar Galea Curmi, il-Kummissarju tal-Pulizija, John Rizzo, il-Kap tad-Direttorat ta’ l-Unjoni Ewropea, John Inguanez u d-Direttur tal-Protokoll u Informazzjoni, Charles Inguanez.  

Il-Prim Ministru huwa mistenni lura Malta għada l-Erbgħa, 6 ta’ Ottubru, 2004.    

DOI  05.10.2004

3.2 Kbytes Last Modified on 05th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

Aktar Stqarrijiet Right arrow