Left arrow Go Back

WIRJA F’GĦAWDEX MILL-ARTIST VETERAN GEORGE FENECH

PR1532
Date Icon 04/10/2004

Tul ix-xahar ta’ Novembru 2004, is-sala tal-wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex ser tospita wirja ta’ l-artist veteran magħruf, George Fenech. Din it-tieni wirja personali ta’ Fenech f’Għawdex, għal darb’oħra ser tkun organizzata mill-Kumitat Organizzativ (Kultura) – Ministeru għal Għawdex. Tinfetaħ uffiċjalment nhar il-Ġimgħa, 29 t’Ottubru mill-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex.  

Il-wirja ser tkun tikkonsisti f’xogħol biż-żejt li jirrifletti l-motivi ewlenin ta’ George Fenech, jiġifieri l-pajsaġġ Malti, il-motiv folkloristiku fid-dehra ta’ ħaddiema umli iżda dinjitużi maqbuda waqt xi attivita’ partikulari, still life ta’ oġġett ta’ kuljum, u xi xempji ta’ kwadri-ritratti. Il-wirja ser tinkludi wkoll skizzi u studji bil-lapes, conte’ chalk jew karbonella. Il-biċċa l-kbira ta’ dawn il-pitturi huma esekuzzjonijiet riċenti, għalkemm il-wirja ser tinkludi wkoll xi xogħol retrospettiv.  

Il-pittur George Fenech li għamel l-istudji tiegħu f’Malta u fl-Italja, huwa mfittex u apprezzat ħafna għall-istil frisk, seren u distintiv tiegħu.  

Veteran artist George Fenech exhibits in Gozo  

During the month of November, the exhibition hall at the Ministry for Gozo will be the venue of an art exhibition by the veteran and well-known Maltese artist, George Fenech. The Organising Committee (Culture) – Ministry for Gozo will once again be responsible for the organisation of this second personal painting exhibition by Fenech on the sister island. The Hon. Giovanna Debono, Minister for Gozo, will inaugurate this public display on Friday, 29 October.  

The exhibition comprises mainly of oil paintings and some preparatory sketches in pencil, charcoal or conte’ chalk. It is also a comprehensive representation of the main genres of Fenech’s artistic production, that is, the local rural landscape, the still life, humble villagers at work and portraits of ordinary characters from the artist’s immediate environment. Although the exhibition includes a few retrospective works, the bulk comes from the artist’s maturity period and many canvases are recent executions.  

George Fenech is very much esteemed in artistic circles and his work highly appreciated, especially for its distinctive style and serenity.  

DOI - 04.10.2004

5.01 Kbytes Last Modified on 04th October, 2004

HOME | GOV.MT 

HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

More Press Releases Right arrow