TAĦDIDIET BILATERALI BEJN MALTA U L-LIBJA
Dr. Michael Frendo, Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, illum wara nofsinhar kellu taħdidiet bilaterali ma’ l-Eċċellenza Tiegħu Suleiman Shahoumi, Segretarju ta’ l-Affarijiet Barranin tal-Kungress tal-Poplu Libjan, fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin.
Waqt it-taħdidiet, il-Ministru Frendo u l-Eċċellenza Tiegħu Shahoumi tkellmu dwar il-bżonn li jitħaffef il-proċess tal-moviment ta’ persuni bejn Malta u l-Libja, dwar il-kriżi ta’ l-immigrazzjoni illegali u dwar id-deċiżjoni riċenti ta’ l-Unjoni Ewropeja li tneħħi l-embargo minn fuq il-Libja.
Suleiman Shahoumi jinsab Malta għal żjara ta’ jumejn qabel ma’ nhar it-Tlieta, delegazzjoni Maltiija mmexxija mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi żżur il-Libja għal aktar taħdidiet bilaterali. Id-delegazzjoni Maltija se tkun magħmula wkoll mill-Viċi Prim Ministru Tonio Borg u mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Dr. Michael Frendo.
Suleiman Shahoumi ntlaqa’ fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Dr. Michael Frendo.
DOI – 02.10.2004
4.11 Kbytes Last Modified on 04th October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261946
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...
PR261945