MAĦTUR IL-KUMITAT ORNIS
Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent illum ħatar il-Kumitat Ornis għall-perjodu mill-1 t’Ottubru 2004 sat-30 ta’ Settembru 2005. Il-Kumitat se jkun magħmul minn Joe Sultana bħala Chairman, filwaqt li Lino C. Farrugia, Joseph Perici Calascione (nominati mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti), Joseph Mangion u Norman Chetcuti (nominati minn Birdlife Malta) inħatru bħala membri li għandhom vot fil-kumitat.
Frederick Bowman li hu r-rappreżentant tad-Direttur tad-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent tal-MEPA u Mark Gauci li kien nominat mid-Direttur tad-Direttorat għall-Ħarsien ta’ l-Ambjent tal-MEPA se jservu bħala membri fil-Kumitat iżda li m’għandhomx vot.
Il-Kumitat Ornis li jitwaqqaf taħt ir-Regolamenti ta’ l-2003 li jemendaw ir-Regolamenti dwar il-Ħarsien ta’ l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ, għandu diversi funzjonijiet li jittrattaw id-deliżżji tal-kaċċa u l-insib u l-ħarsien ta’ l-għasafar.
DOI – 01.10.2004
3.81 Kbytes Last Modified on 01st October, 2004
HOME | GOV.MT
HELP | LINKS | SITEMAP | SEARCH
Other Press Releases:
PR261946
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...
PR261945