Left arrow Go Back

IL-GVERN IWAQQAF ID-DISKUSSJONIJIET MA’ SKANSKA MALTA JV

PR1506
Date Icon 30/09/2004


Il-Gvern iddeċieda li jwaqqaf b’effett immedjat in-negozjati ma’ Skanska Malta JV (SMJV) wara li dalgħodu gie nfurmat bl-aħħar kontro-proposti minn naħa ta’ l-SMJV.  

Dawn in-negozjati bdew xahrejn ilu wara laqgħa tal-Prim Ministru ma’ uffiċjali għolja ta’ Skanska. Dak in-nhar, il-Prim Ministru nsista li għandha tingħata spjegazzjoni u ġustifikazzjoni għaż-żieda fl-istima li SMJV kienet qed tippreżenta lill-FMS biex l-isptar Mater Dei jitlesta u jinfetaħ.  Dan fid-dawl tal-fatt illi lill-FMS kien qed jirriżultawlha diskrepanzi bejn l-istimi u l-proposti u l-valuri  ndikati fil-kuntratt oriġinali mill-istess SMJV.  

Dak in-nhar iż-żewġ naħat kienu qablu li jappuntaw tim ta’ negozjaturi biex jibdew negozjati intensivi mill-aktar fis possibbli. It-tim minn naħa tal-Gvern kien immexxi mis-Segretarju Parlamentari Tonio Fenech.  

Matul dawn l-aħħar xahrejn, inżammu numru ta’ laqgħat bejn iż-żewġ naħat, u dan mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet legali rispettivi.  

Għalkemm matul il-laqgħat sar progress, dan ma kienx biżżejjed biex iwassal għall-ftehim fuq il-punti kollha li l-Gvern kien qed jinsisti dwarhom.  

Dalgħodu, r-rappreżentanti ta’ l-SMJV ikkomunikaw il-pożizzjoni tagħhom lit-tim ta’ negozjaturi tal-Gvern. Wara li din il-pożizzjoni ġiet notifikata lill-Prim Ministru, ittieħdet id-deċiżjoni biex in-negozjati kollha jiġu sospiżi b’effett immedjat.  

Il-Gvern għandu numru ta’ alternattivi quddiemu u fil-ġranet li ġejjin ser tittieħed deċiżjoni dwar dik li tkun fl-aħjar interess nazzjonali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

More Press Releases Right arrow