Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU LOUIS GALEA JIFRAĦ LIL TIRATURI ŻGĦAŻAGĦ TAL-MALTA SHOOTING FEDERATION

PR1483
Date Icon 28/09/2004

Il-Ministru Louis Galea iltaqa’ mat-tiraturi żgħażagħ tal-Malta Shooting Federation u l-coachestagħhom bl-iskop li jifirħilhom għall-prestazzjoni pożittiva li kisbu dan l-aħħar f’tournament internazzjonali.  Fil-fatt dawn l-atleti pparteċipaw fl-ewwel Grand Prix Internazzjonali ta’ l-Isparar organizzat mill-European Shooting Federation f’Ligniano Sabbiadoro fl-Italja.  F’dan it-tournament ħadu sehem 90 atleta fil-kompetizzjoni Trap u 20 fil-kompetizzjoni Skeet.  L-atleti ġew mir-Reġjuni kollha ta’ l-Italja flimkien ma’ atleti mis-Slovenja, Awstrija, Slovakja u Malta .  Il-Maltin kellhom prestazzjoni tajba tant li Darren Vella ġie t-tieni overall fl-iSkeet u Charlo Bonello wasal fil-finali u gie fis-sitt post.  It-team ta’ l-iSkeet li kien jinkludi wkoll lil Norbert Genovese rebaħ il-medalja tal-bronż.

Fost dawn iż-żgħazagħ kien hemm ukoll it-tiratur li rrappreżenta lil Malta fl-Olimpjadi f’Awissu li għadda William Chetcuti.  Filwaqt li Chetcuti mar tajjeb ħafna fl-Olimpjadi hu kiseb ukoll diversi premji oħrajn f’tournaments internazzjonali tul is-sena li għaddiet.  

Il-Ministru Louis Galea feraħ lill-atleti u qal li bil-prestazzjoni tagħhom qed jagħmlu unur għal pajjiżna.  Hu feraħ b’mod partikolari lil William Chetcuti li fl-eta ta’ 21 sena irnexxielu jħabbatha sew ma’ l-aqwa atleti fid-dinja meta fl-Olimpjadi ta’ din is-sena ġie fid-disa’ post. Hu tenna li biex atleta jiddistingwi ruħu u jilħaq l-għola livelli mhux biżżejjed li jkun kapaċi ħafna fl-isport li jipprattika, iżda jrid ukoll jiżviluppa ħiliet oħrajn li jinkludu d-dixxiplina, l-edukazzjoni u l-ħiliet ta’ komunikazzjoni.   

Il-Ministru ipprezenta lil kull Atleta print ta’ pitturi li hemm fil-Mużew ta’ l-Arti bħala sinjal ta’ l-apprezzament tiegħu għall-impenn ta’ l-atleti żgħażagħ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow