Left arrow Mur Lura

IT-TILQIM KONTRA L-INFLUWENZA

PR1481
Date Icon 28/09/2004

Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jixtieq javża lill-pubbliku li l-vaċċin kontra l-influwenza bil-formula għax-xitwa li ġejja wasal u ser jibda jingħata minn nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Settembru 2004. Dawk kollha li huma intitolati għal dan il-vaċċin mingħajr ħlas issa jistgħu jmorru jitlaqqmu fid-diversi Ċentri tas-Saħħa. 

It-tilqim jista’ jittieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana, Raħal il-Ġdid, Mosta, Gzira, Qormi, Bormla, Rabat u B’Kara, mit-Tnejn sal-Ġimgħa, bejn 10.00am u nofs in-nhar, u nhar ta’ Sibt, bejn 9.00am u l- 11.00am.  

Ghar-residenti Għawdxin it-tilqim ta’ l-influwenza jngħata miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria mit-Tnejn sal-Ġimgha, bejn 8.00am u 11.00am  

Dan il-vaċċin jista’ jittieħed minn kulħadd, iżda id-Dipartiment joffriħ bla ħlas lil dawn il kategoriji ta’ nies:  

1.      Kull min għandu aktar minn 65 sena. 

2.      Persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa

3.      Persuni li huma rikoverati jew li jgħixu f’istituzzjonijiet  

Persuni ta’ kull eta’ li jbatu minn :

            mard kroniku tal-Pulmun (bhall-ażma, mard tal-bronki, eċċ)
            mard kroniku tal-Qalb
            mard kroniku tal-Fwied
            mard kroniku tal-Kliewi
            kull min għandu d-Dijabete u
            kull min għandu Immunodeficenza, inkulz l-AIDS jew kanċer.  

Kull min jaqa’ f’xi waħda minn dawn il-kategoriji jista’ jmur jitlaqqam mingħajr ħlas fiċ-Ċentru tas-Saħħa tagħhom. L-oħrajn kollha huma mħeġġa biex huma wkoll jitlaqqmu kontra l-influwenza, u din it-tilqima tinsab għall-bejgh mill-ispizeriji ewlenin kollha.  

Il-pubbliku huwa mitlub jikkopera mad-Dipartiment billi jmur għat-tilqim fil-ħinijiet imsemmija u jieħdu magħhom il-Karta ta’ l-Identita’. F’kaz ta’ persuni li għandhom inqas minn 65 sena u jbatu mill-mard kroniku msemmi, għandhom jiehdu ukoll ċertifikat t’ evidenza li qed ibatu minn dan il-mard.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow