IS-SEGRETARJU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN TAL-KUNGRESS TAL-POPLU LIBJAN GĦAL ŻJARA F’MALTA
PR1476
27/09/2004
Nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej hu mistenni li jagħmel żjara f’Malta Suliman Sassi al-Shohoumi, is-Segretarju għall-Affarijiet Barranin tal-Kungress tal-Poplu Libjan.
Waqt din iż-żjara, Suliman Sassi al-Shohoumi se jiltaqa’ mal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Dr. Michael Frendo kif ukoll maċ-Chairman tal-Kumitat Permanenti tal-Kamra tad-Deputati dwar l-Affarijiet Barranin u Ewropej Dr. Jason Azzopardi.
Waqt iż-żjara, il-Ministru Frendo u s-Segretarju għall-Affarijiet Barranin Libjan Suliman Sassi al-Shohoumi, se jkollhom diskussjonijiet bilaterali wara li huma kienu diġa’ ltaqgħu waqt iż-żjara li l-Ministru Frendo kien għamel fil-Libja f’Lulju li għadda.
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946