Left arrow Go Back

MALTA TFAKKAR IL-JUM DINJI TAT-TURIŻMU

PR1474
Date Icon 27/09/2004

Malta llum ingħaqdet mal-bqija tad-dinja biex tfakkar il-Jum Dinji tat-Turiżmu bl-organizzazzjoni ta’ sensiela ta’ attivitajiet sew mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu kif ukoll mis-settur privat.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech dalgħodu, fil-Berga ta’ l-Italja, inawgura Wirja Fotografika għall-Jum Dinji tat-Turiżmu. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal: “L-ekonomija Maltija tiddependi għal kwart tagħha mit-turiżmu. Hu għalhekk importanti li kulħadd jagħti sehmu biex dan is-settur ikompli jikber u joħloq aktar impjiegi u aktar ġid.  Biex dan iseħħ irridu noffru servizzi dejjem aħjar u nagħtu lit-turist valur sħiħ tal-flus li jonfoq.”  

Aktar tard il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura ltaqa’ ma’ ħaddiema tal-lukanda Intercontinental, tal-lukanda Bernard u tal-Hard Rock Café. Il-Ministru irringrazzjahom tas-servizz li kienu qed jagħtu lit-turisti. “L-ikel, ix-xorb u l-mod kif isservihom huma parti importanti mill-infrastruttura turistika u għalhekk l-appell tiegħi lilkom hu li meta sservu lit-turist għamlu dan bi tbissima u b’sens ta’ ospitalita’ li aħna bħala poplu magħrufin għalih.”

Filgħaxija l-Ministru Francis Zammit Dimech f’messaġġ minn fuq TVM ser jaghti rendikont rigward is-settur turistiku b’aċċenn għall-aħħar 40 sena ta’ Indipendenza, il-qagħda preżenti  fejn  is-settur privat qed jinvesti aktar minn   Lm200 miljun fi proġetti turistiċi, u l-prospetti għall-futur. Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura jitkellem ukoll dwar it-tema magħżula mill-Organizzazzjoni Dinjija għat-Turiżmu għal dan il-J

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow