UFFIĊĊJU TAD-DWANA F’GĦAWDEX
PR1468
27/09/2004
Il-Kontrollur tad-Dwana javża li l-Uffiċċju tad-Dwana għall-yachts fl-Imġarr, Għawdex ser ikun magħluq wara t-30 ta' Settembru 2004, fil-waqt li l-Uffiċċju tad-Dwana, Ta' Xbiex ikun miftuħ kuljum bejn it-8.00 a.m. u l-5.00 p.m.
Għalhekk dawk il-yachts li jaslu minn barra jew li jkunu jridu jsiefru għandhom jirraportaw fl-uffiċċju f’Ta' Xbiex fil-ħinijiet indikati hawn fuq waqt li bejn il-5.00 p.m. u t-8.00 a.m. għandhom jirrapportaw fl-uffiċċju tal-Baggage Room, Gun Wharf, li jkun miftuh 24 siegħa kuljum.
Stqarrijiet Oħra:
PR261945
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...
PR261944