Left arrow Go Back

GĦANDU JKUN HEMM TURIŻMU FIŻ-ŻEJTUN?

PR1467
Date Icon 27/09/2004

Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Kultura Francis Zammit Dimech nhar il-Ħadd, 26 ta’ Settembru ħa sehem f’symposium organizzat mill-Kunsill Lokali Żejtun bit-tema “Għandu jkollna turiżmu fiż-Żejtun?”

Il-Ministru Zammit Dimech qal li bla dubbju ta’ xejn it-tweġiba għandha tkun fl-affermattiv. Hu qal li kull raħal u kull belt għandu jkun parti mis-settur turistiku. “Fil-każ taż-Żejtun is-sehem tiegħu mis-settur turistiku għandu jkun wieħed ħaj għaliex iż-Żejtun hu parti mill-istorja ta’ Malta .”  

 Francis Zammit Dimech qal li ż-Żejtun hu wieħed mill-irħula l-aktar qodma ta’ dawn il-gżejjer  b’sejbiet ta’ fdalijiet ta’ Żmien il-Ħaġar u ta’ l-era Punika u Rumana. Hu qal li Żejtun kien ukoll waħda mill-ewwel parroċċi ta’ Malta . Hu qal li dan wassal biex fiż-Żejtun hemm waħda mill-isbaħ knejjes, il-knisja Arċipritali ta’ Santa Katerina, xogħol Lorenzo Gafa’ li fiha teżori artistiċi mill-aqwa u li ħadet il-knisja  ta’ San Girgor, li kienet il-knisja parrokkjali.  

Hemm il-Knisja ta’ Santa’ Marija ta’ Ħal Tmim, il-Knisja tas-Salvatur, il-Knisja ta’ San Klement , il -Knisja tal-Madonna tal-Ħniena, il-Knisja ta’ l-Ispirtu s-Santu, il-Kappella ta’ Gesu Nazzarenu. Il-Ministru Zammit Dimech qal li ftit ’il bogħod min fejn qed niltaqgħu hemm konċentrament ta’ erba’ knejjes: il-Knisja ta’ Sant’Anġlu, il-Knisja tal-Bon Kunsill, il-Knisja ta’ Santa Marija u l-Knisja tal-Madonna tas-Sinjura.  

Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura qal li ż-Żejtun kien miżgħud b’bini storiku, palazzi u b’żewġ partijiet qodma li t-turist bla dubbju ikun jixtieq iżur. “L-inizjattiva tal-Kunsill Lokali li jippubblika mappa b’rotta ta’ wirt iż-Żejtun b’ħames ilsna barranin hi waħda li għandha tiġbed lit-turist lejn din il-lokalita’. Nemmen li flimkien ma’ din il-mappa fiż-Żejtun għandu jkun hemm ‘heritage trails’ u li l-Kunsill Lokali għandu jorganizza attivitajiet relatati mad-drawwiet ta’ din il-lokal sa mill-qedem. Iż-Żejtun jista’ jagħti kontribut qawwi għas-settur turistiku u fl-istess waqt jieħu parti mill-benefiċċji li jħalli dan is-settur.”  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow