Left arrow Mur Lura

IS-SITWAZZJONI TA’ L-IMPJEGATI TAL-LABORATORJU FORENSIKU

PR1463
Date Icon 27/09/2004

Il-Ministeru għall-Investiment, Industrija u Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni jirreferi għal dak li ġew irrappurtati li qalu l-Kelliema ta’ l-Oppożizzjoni Gavin Gulia u Anġlu Farrugia u speċifikatament fuq punti li dwarhom kienu infurmati ħażin u li allura hemm bżonn korrezzjoni:  

Jidher ċar mill-kummenti tal-Kelliema ta’ l-Oppożizzjoni li hemm konfużjoni rampanti bejn il-Laboratorju Forensiku u l-Malta National Laboratory Ltd (MNL). Dawn huma entitajiet separati u distinti. Minkejja li l-MNL issemmiet diversi drabi mill-Kelliema ta’ l-Oppożizzjoni, l-MNL m’għandha x’taqsam xejn mal-kontroversja preżenti u qed tiddaħħal intortament minħabba informazzjoni skorretta. L-MNL hi entità mwaqqfa mill-Gvern bħala kumpanija kummerċjali b’funzjoni għal kollox kummerċjali.  

Dan ifisser li kuntrarju għall-impressjoni li jidher li għandhom il-Kelliema ta’ l-Oppożizzjoni, il-laboratorju fl-Evans Building fil-Belt Valletta li ngħalaq mill-Awtorità dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, m’hux ta’ l-MNL u lanqas m’hu fil-kontroll ta’ l-MNL. Il-laboratorju ta’ l-MNL qiegħed f’San Ġwann, m’hux il-Belt Valletta .  

Hemm konfużjoni wkoll dwar fondi ta’ madwar Lm1 miljun li l-Kelliema ta’ l-Oppożizzjoni jidher li għandhom l-impressjoni li kienu indirizzati għal-laboratorju forensiku u li għebu x’imkien. Dan hu żbaljat fil-fatt. Il-Fondi Ewropej ta’ madwar €2.2 miljun taħt it-Tielet Protokoll Finanzjarju kienu maħsuba għall-MNL – m’hux għal-Laboratorju Forensiku – u fil-fatt intużaw u ntefqu mill-MNL fix-xiri t’apparat. Dan kollu hu dokumentat u jista’ jiġi spjegat għas-sodisfazzjon tal-Kelliema ta’ l-Oppożizzjoni.  

Jista’ jkun li l-konfużjoni bejn l-MNL u l-Laboratorju Forensiku nħolqot minħabba li l-MNL stqarret li hi disposta u kapaċi toffri servizzi ta’ riċerka forensika lid-Dipartimenti u t-taqsimiet tal-Gvern li jeħtieġu dawn is-servizzi. L-offerti ta’ l-MNL biex tipprovdi dawn is-servizzi ma waslu għal ebda konklużjoni.  

Irid jiġi ċċarat li t-tlett impjegati tal-Laboratorju Forensiku li huma wara l-kontroversja u l-kjass preżenti m’humiex impjegati ta’ l-MNL, u meta kellhom l-opportunità jiddeċiedu jridux ikunu impjegati ta’ l-MNL dawn irrifjutaw b’mod espliċitu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow