Left arrow Mur Lura

L-AMBAXXATUR MALTI FI SPANJA JIPPREŻENTA L-KREDENZJALI

PR1459
Date Icon 25/09/2004

L-Ambaxxatur il-ġdid ta’ Malta għal Spanja is-Sur Gaetan Naudi ippreżenta l-kredenzjali tiegħu lir-Re Juan Carlos I nhar it-Tlieta 21 ta’ Settembru 2004. Iċ-ċerimonja saret fil-Palazz Rjali f’Madrid.

Wara l-preżentazzjoni tal-kredenzjali, l-Ambaxxatur Naudi kellu l-opportunita’ jiddiskuti mar-Re Juan Carlos f’udjenza privata, kif ir-relazzjonijiet bilaterali bejn Malta u Spanja, principalment fl-oqsma kummerċjali u kulturali, jistgħu jkomplu jitjiebu. Issemmew l-iskambji turistiċi dejjem jissaħħu bejn iż-żewġ pajjiżi, l-interess fit-tagħlim ta’ l-Ispanjol f’Malta u kif Malta tista’ tgħin lil studenti Spanjoli li jixtiequ jitgħallmu l-Ingliż. L-Ambaxxatur Naudi tenna l-invit tal-President ta’ Malta sabiex ir-Re ta’ Spanja jżur pajjiżna, invit li r-Re Juan Carlos diġa’ laqa’. Waqt id-diskussjoni, saret riferenza għall-Laqgħa Għolja li se tikkommemora l-Għaxar Anniversarju tal-Proċess ta’ Barcellona li se ssir fi Spanja tard is-sena d-dieħla, u li se tkun ippreċeduta minn Laqgħa oħra Għolja f’Malta f’Novembru 2005 għall-Kapijiet tal-Gvern ta’ Pajjiżi tal-Commonwealth.  

Preżenti għaċ-ċerimonja tal-kredenzjali kien hemm ukoll is-Sotto Segretarju ta’ l-Istat Spanjol għall-Affarijiet Barranin, l-Eċċellenza Tiegħu Luis Calvo, is-Sur Bernard Hamilton, First Counsellor u s-Sinjorina Francesca Amadeo, First Secretary fl-Ambaxxata Maltija fi Spanja.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow