Left arrow Mur Lura

TNEDIJA TAL-MIŻURA ‘AD HOC’: JIBDEW JINTLAQGĦU APPLIKAZZJONIJIET MINGĦAND IR-RAĦĦALA LI JRABBU L-ANNIMALI FUQ BAŻI ‘FULL TIME’

PR1454
Date Icon 24/09/2004

Id-Dipartiment ta’ l-Iżvilupp Rurali għadu kif nieda l-iżura ‘Ad Hoc’ u beda jilqa’ l-applikazzjonijiet mingħand dawk ir-raħħala li jrabbu l-annimali fuq bażi full-time.

Il-miżura ser isservi ta’ għajnuna għall-bdiewa/raħħala full-time sabiex jindirizzaw xi żbilanċi finanzjarji li jistgħu jinħolqu fid-dħul tagħhom fil-perjodu ta’ wara s-sħubija, minħabba t-tneħħija tal-‘levies’.  

Għalhekk dawk kollha eleġibbli għall-miżura ‘Ad Hoc’ huma mħeġġa jiġbru l-applikazzjoni flimkien mal-linji gwida mill-uffiċċji ta’ l-‘extension services’ f’Ħaż Żabbar, is-Siġġiewi, ir-Rabat u l-Mosta, mill-Għammieri, kif ukoll mill-uffiċċju tal-IACS f’Għawdex bejn l-20 ta’ Settembru u d-29 ta’ Ottubru 2004.  

Dawk il-bdiewa li jaħdmu r-raba’, diġà applikaw għal din l-għajnuna meta rreġistraw id-dettalji tagħhom għand l-IACS aktar kmieni din is-sena.  

L-applikazzjonijiet għandhom jittieħdu/jintbagħtu lura kompluti flimkien mad-dokumenti kollha meħtieġa sad-29 t’Ottubru 2004.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow