Left arrow Go Back

IL-MINISTRU DOLORES CRISTINA TINDIRIZZA L-GHELUQ TAS-SEMINAR DWAR ID-DIPRESSJONI BIPOLARI IMTELLA’ MIR-RICHMOND FOUNDATION

PR1451
Date Icon 23/09/2004

Illum smajtu hafna dwar din il-kundizzjoni tad-dipressjoni bipolari. Permezz ta’ din il-konferenza, nahseb kienu hafna l-mistoqsijiet li kellkom f’mohhkom u li issa forsi inghatajtu r-risposta ghalihom. Izda l-informazzjoni u l-gharfien qatt m’huma bizzejjed u ghaldaqstant nilqa’ din l-inizjattiva tar-Richmond Foundation u ta’ Gamian Europe li qeghdin jipprezentaw ic-Charter bil-Malti dwar id-Drittijiet tal-Pazjent.

In-nuqqas ta’ taghrif hafna drabi jgib mieghu l-biza’ specjalment fejn jidhlu problemi mentali. Jinbtu hafna ideat zbaljati u gieli tinduna li anke l-pazjenti stess m’ghandhomx l-informazzjoni mehtiega li tista’ tirrendi l-hajja ahjar.

Huwa proprju ghalhekk li dan ic-Charter tant hu bzonnjuz, ghaliex permezz tieghu titqajjem kuxjenza dwar id-dipressjoni bipolari li s’issa ghadha m’hijiex maghrufa bizzejjed. Id-dokument juri x’inhuma d-diffikultajiet li l-aktar jaffetwaw il-pazjenti. Jissemma l-aspett ta’ dijanjosi zbaljata jew wara li jkun ghadda hafna zmien. Jidher car li ghad fadal hafna xi jsir, izda dan ic-Charter ghandu jghin sew biex jibdew jinghelbu hafna diffikultajiet.

Meta gejt mistiedna naghlaq din il-konferenza fuq d-dizordni bipolari, mohhi mar fuq il-film ta’ Richard Gere, ‘Mr. Jones’. Forsi rajtuh – kien film helu hafna, li jgieghlek tidhaq u forsi anke tibki, b’doza ta’ romanticizmu, dwar Mr Jones li kellu din il-kundizzjoni. Tant kien ihossu tajjeb fil-fazi manijaka (high) li ma ridx jiehu l-medicina li kienet se tghinu jikkontrolla l-kundizzjoni u s-sintomi fil-fazi dipressiva (low). Ghalkemm il-film kien igieghel lill-udjenza tifhem x’kien qed ihoss l-attur u ghalfejn irrezista l-kura, il-messagg ahhari kien dwar l-importanza ta’ l-immanigjar tal-kundizzjoni.

Nahseb din il-konferenza u dan ic-Charter, appuntu, qeghdin iservu ta’ ghodda sabiex kemm min ghandu din il-kundizzjoni, kif ukoll dawk ta’ madwaru, il-professjonisti, il-familjari u l-hbieb ikunu jistghu jifhmuha ahjar. Wiehed seta’ jara kif din il-kundizzjoni taffetwa lil dawn il-persuni, x’ghajnuna hemm u x’ghajnuna ghandha tigi zviluppata, u kif b’hidma flimkien jista’jinkiseb ir-rizultat mixtieq.

Dan ic-Charter jishaqq fuq id-djalogu u l-komunikazzjoni u ma nistax ma naqbilx li hawnhekk tinsab ic-cavetta ghad-direzzjoni li ghandna nsegwu ghall-gejjieni. Il-mistoqsija oht il-gherf, jghid il-Malti, u nahseb hekk hemm bzonn li jsir - sew jekk wiehed ghandu din il-kundizzjoni, sew jekk jixtieq jghin u jkun ta’ appogg ghal min ghandu d-dipressjoni bipolari, hu importanti li wiehed jistaqsi u jinfurma ruhu. Id-djalogu bejn il-pazjent u l-professjonist, tal-familja u l-hbieb jista’ jghin hafna biex jittaffew l-problemi li l-pazjent ikun ghaddej minnhom u biex il-marda tkun tista’ tkun immaniggjata ahjar. X’jiswa li xi hadd ikollu d-drittijiet jekk dan ma jafx x’hin huma. X’jiswa li trid tghin lilek innifsek jew lil ta’ madwarek jekk ma tafx kif?

Il-hbieb u l-qraba ghandhom sehem kbir x’jaghtu. Meta jaraw li persuna jista’ jkollha din il-marda jistghu jghinuha tikseb dijanjosi korretta; forsi jghinuha taghmel l-ewwel appuntament mat-tabib u jmorru maghha halli jsegwu l-andament mill-bidu; jistghu joffru appogg emozzjonali u inkoraggiment; jghinu ‘l persuna tifhem l-importanza tat-trattament li jordnaw il-professjonisti u tiehu l-medicina b’mod konsistenti. Jistghu flimkien jaghmlu pjan dwar x’jista’ jsir meta tkun mehtiega l-ghajnuna f’xi fazi difficli. Il-membri tal-familja huma parti essenzjali tat-team tal-kura tal-persuna u l-ahjar haga li jistghu jaghmlu hi li jkunu infurmati sew halli jghinu l-persuna tikseb hajja mimlija filwaqt li tilhaq l-potenzjal taghha.

Hu maghruf li din il-kundizzjoni tista’ ggib maghha diffikultajiet partikolari li jhallu impatt fuq tal-familja. Jistghu jinqalghu krizijiet fiz-zwieg u f’relazzjonijiet ohrajn li jkollha l-persuna b’din il-kundizzjoni.  Hu ghalhekk essenzjali li tal-familja jifhmu l-agir tal-persuna bid-dizordni bipolari u li jkollhom wkoll is-support mehtieg, anke permezz ta’ partecipazzjoni fi gruppi ta’ self-help.

Min ghandu id-dipressjoni bipolari, m’ghandux ihossu wahdu. L-access ghall-informazzjoni u l-appogg, anke bl-internet, illum huwa aktar facli. Izda r-risponsabilta’ li jinforma ruhhu tibqa’ ta’ l-individwu. Wiehed ghandu jara wkoll x’ricerka qeghda ssir fuq livell internazzjonali. Ghalkemm ma nistghux nitkelmu fuq fejqan, il-kura u l-ghajnuna jistghu jaghmlu differenza sinifikanti fil-kwalita’ tal-hajja. L-involviment tal-pazjent u ta’ dawk ta’ madwaru jista’ johloq katina ta’ mezzi ghal ghajnuna holistika u f’waqta.

Aktar ma jkun hawn kuxjenza dwar id-dipressjoni bipolari, aktar il-persuni li ghandhom din il-kundizzjoni jhossuhom komdi jitkellmu dwarha u jaraw kif jistghu jibnu xibka ta’ appogg madwarhom. Per ezempju, jaraw x’support jistghu jinghataw fuq il-post tax-xoghol u jiskopru kif haddiehor fl-istess sitwazzjoni irnexxielu jikkontrolla l-marda minflok ihalliha tikkontrollah hi. L-ghalliema jkunu jistghu jindunaw bil-kundizzjoni fit-tfal taht il-harsien taghhom. Fil-kaz tat-tfal, ikunu jistghu jsibu min jifhimhom ahjar u jinkoraggihom, filwaqt li l-genituri b’din il-kundizzjoni jistghu jiksbu l-appogg mehtieg fit-trobbija ta’wliedhom.

Iktar ma jkun hemm informazzjoni, edukazzjoni u gharfien mis-socjeta’ in generali aktar jinghelbu l-idejat zbaljati u jizdiedu l-mezzi u l-ghodod li permezz taghhom il-persuni b’din il-kundizzjoni jistghu jghixu ahjar.

Nawgura lil Richmond Foundation u lil Gamian-Europe aktar hidma ta’ success.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

More Press Releases Right arrow