Left arrow Mur Lura

FONDI MILL-UNJONI EWROPEA GĦALL-PROĠETTI FIS-SETTUR TAL-KURA TAS-SAĦĦA

PR1441
Date Icon 22/09/2004

Is-settur tal-kura tas-Saħħa se jirċievi fondi mill-EU taħt il-programm tat-“Transition Facility” 2004, li se jintużaw biex jissaħħu r-riżorsi umani u tingħata assistenza teknika fi tliet proġetti.  

Bil-fondi li se jakkwista mill-parteċipazzjoni f’dan il-programm il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità se jtejjeb is-servizzi tat-trasfużjoni tad-demm, se jfassal regoli dwar l-inkwinament marbut mal-ħsejjes eċċesivi f’postijiet residenzjali u jħarreġ spetturi tas-saħħa dwar proċeduri investigattivi u l-użu ta’ apparat li jkejjel il-ħsejjes eċċessivi.  

Id-Diviżjoni tas-Saħħa ippreżentat ukoll b’suċċess proposta dwar Hazard Analysis Critical Control Point Audit Training għall-ispetturi tas-Saħħa.  

L-entitajiet li ser jibbenifikaw minn dawn il-fondi huma ċ-Ċentru Nazzjonali għat-Trasfużjoni tad-Demm, il-Laboratorju għas-Saħħa Pubblika u l-Inspettorat tas-Saħħa Pubblika.  

Il-fondi miksuba għal dawn it-tliet proġetti jammontaw għal €1,927,000 li €595,000 minnhom se jmorru għas-servizzi tat-trasfużjoni tad-demm, €1,300,000 għal-laboratorji tas-saħħa pubblika u €32,000 għar-regoli dwar il-ħsejjes eċċessivi.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  L-ITS Career Expo u l-Malta Skills Championships jgħaqqdu lill-istudenti mal-industrija u juru t-talent vokazzjonali

PR261945

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU GĦALL-ĠUSTIZZJA, IR-RIĊERKA U L-INNOVAZZJONI  Qed jiġi żviluppat smart work station biex xogħol relatat mal-manifattura jsir aktar aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità

PR261944

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT U MILL-MINISTERU ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow