KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR IL-PJAN NAZZJONALI TA' AZZJONI GHALL-IMPJIEGI
“Ħaddiema u Min Iħaddem bl-impenn sħiħ tal-Gvern għandhom pakkett ta’ miżuri u benefiċċji maħsuba li jkattru l-impjiegi. Il-Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali għall-impiegi kiseb kunsens mill-aktar wiesgħa sew fost il-poplu kif ukoll fost l-imsieħba soċjali. Wara l-ħidma li saret biex jiġi preparat il-Pjan, il-Ministeru issa se jaħdem bis-sħiħ biex jara li l-Pjan jilħaq l-iskop tiegħu bil-koordinament ta’ kulħadd.” Dan sostnieh il-Ministru Louis Galea meta kkonkluda proċess ta’ konsultazzjoni pubblika fiċ-Ċentru Robert Samut. Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru Galea iddiskuta l-Pjan fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u fi ħdan il-Kummissjoni għall-Iżvilupp Sostennibli (KIS).
Unions u Min Iħaddem, fil-laqgħa tal-MCESD, preseduta mill-President is-sur Victor Scicluna, u li fiha ħa sehem ukoll is-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Finanzi, l-Onor. Tonio Fenech, faħħru ix-xogħol tajjeb li sar fuq il-Pjan u qablu li l-pakkett ta’ miżuri huwa fid-direzzjoni it-tajba. Huma wrew ir-rieda li jikkooperaw biex il-miżuri jitwettqu bl-aħjar riżultati. Il-Gvern ġie mitlub jagħmel ħiltu biex jassigura ko-ordinament u konsistenza bejn id-diversi inizjattivi li qed jinħadmu u li huma maħsuba li jinkwadraw ruħhom fi pjan nazzjonali mibni fuq Patt Soċjali. Fil-laqgħa ingħataw importanza partikolari l-edukazzjoni u t-taħriġ, it-turiżmu, infurzar kontra ħaddiema illegali u abbużi fil-benefiċċji soċjali, tneħħija ta’ burokrazija żejda, is-sistema ta’ l-apprendistat, u t-tisħib ta’ l-Isħab Soċjali fi skema ta’ taħriġ, għaliex ħafna minnhom diġa` qed iwettqu programmi għall-membri tagħhom.
Fil-KIS, fejn ħa sehem ukoll il-Ministru George Pullicino, l-emfasi kien fuq l-opportunitajiet li jeżistu għall-ħolqien ta’ l-impiegi jekk isir aktar emfasi fuq l-impriżi l-iktar żagħar (micro enterprises) li jekk jiġu mgħejjuna ikunu aktar krejattivi kapaċi jżidu l-produzzjoni u l-impiegi filwaqt li jisfruttaw materja prima li hi Maltija. Dawn mhux biss jifformaw l-akbar parti ta’ l-impiegi, iżda huma f’pożizzjoni tajba biex iwettqu l-prinċipji ta’ żvilupp sostennibli.
Il-Pjan Nazzjonali ta’ Azzjoni għall-Impjiegi jinkludi madwar 81 inizjattiva li jistgħu jiġu maqsuma f’ħames oqsma differenti:
- Inizjattivi diretti favur l-impjiegi (3)
- Programmi ġodda u titjib ta’ programmi eżistenti (36)
- Pjani għal servizzi u programmi godda u mtejba (4)
- Titjib fir-regolamentazzjoni u l-amministrazzjoni (18)
- Inizjattivi ta’ analiżi u evalwazzjoni (20)
Inizjattivi diretti favur l-impjiegi:
Għalkemm l-inizjattivi kollha huma mmirati biex jiżdiedu l-impjiegi, hemm tlett inizjattivi li jagħtu inċentiv fiskali lill-individwi biex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Peress li l-parteċipazzjoni tan-nisa f’pajjiżna hu wieħed baxx dawn l-inizjattivi huma mmirati lejn in-nisa.
L-ewwel inizjattiva hi l-estenzjoni tar-rata privileġġjata ta’ 15% taxxa fuq xogħol part-time għat-tieni persuna li qed taħdem fil-familja – Il-parti l-kbira huma nisa. It-tieni inizjattiva tagħti l-opportunita’ lil dawk in-nisa li jirritornaw għax-xogħol wara aktar minn ħames snin u li qatt ma bbenefikaw mill-‘parental leave’ li jaħdmu għall-ewwel sena mingħajr taxxa fuq id-dħul. It-tielet inizjattiva hi maħsuba biex tgħin finanzjarjament lil dawk il-ġenituri li għandhom bżonn servizz ta’ childcare waqt li jkunu x-xogħol.
Programmi ġodda u titjib ta’ programmi eżistenti
Mill-2005 se jiġu introdotti tmien servizzi ġodda, dawn jinkludu:
· Servizz ta’ Gwida Vokazzjonali mill-ETC
· Sistema ta’ ppjanar individwali ma min qed ifittex impjieg biex jinstab impjieg mill-ETC
· Servizz ta’ pariri personalizzat għal min ma jsegwix il-programm li jkun imfassal għalih mill-ETC
· Usu ta’ l-SMS biex min qed ifittex xogħol ikun infurmat dwar vacancies li jinqalgħu
· Ċertfikar tal-kompetenzi mill-Kunsill Malti dwar il-Kwilfiki Professjonali u Vokazzjonali
· Informazzjoni, edukazzjoni u taħriġ permezz ta’ Ċentru għan-nisa Żvantaġġjati mill-Aġenzija Appoġġ u mill-Malta Women in Business
· Servizz ta’ Suq Virtwali biex l-intraprendituri ikunu jistgħu joffru l-prodotti u s-servizzi tagħhom on-line
Fl-2005 se jiħolqu wkoll sitt skemi ġodda, dawn jinkludu:
- Skema ta’ taħriġ u esperjenzi ta’ xogħol fuq perjodu ta’ sena sħiħa
- Skema li toffri servizzi ta’ appoġġ għall-persuni b’diżabilita’ kif ukoll taħriġ u esperjenzi ta’ xogħol
- Skema għal dawk li jridu joffru servizz ta’ Childcare għall-impjegati tagħhom
- Skema għall-impriżi ż-żgħar li tgħin finanzjarjament biex jitħarrġu mat-300 persuna
- Skema li tgħin lill-intraprendituri joħolqu intrapriżi ġodda
- Skema mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija biex tkattar ir-rikerka u l-iżvilupp, u l-innovazzjoni fis-settur privat u pubbliku.
Ma dawn l-inizjattivi hemm 26 programm ta’ taħriġ li l-parti l-kbira minnhom huma ffinanzjati mill-Fond Soċjali Ewropew.
Pjani għal servizzi u programmi ġodda u mtejba
Fl-2005 se jinħolqu 4 pjani ġodda fosthom :
- Malta Enterprise qed tippjana li toħloq one-stop shop għall-intrapriżi
- Malta Industrial Parks Ltd. qed tippjana li tintroduċi inċentivi għall-iżvilupp ta’ żoni industrijali mill-privat
- Il-Ministeru tal-Kompettitivita’ se joħloq pjan biex jitjiebu l-programmi ta’ taħriġ
- Pjan ta’ Azzjoni mill-ETC għal Għawdex
Titjib fir-regolamentazzjoni u l-amministrazzjoni (18)
18-il inizjattiva se jittieħdu biex jitjiebu ir-regolamenti u l-amministrazzjoni f’oqsma li għandhom x’jaqsmu ma’ l-Impjiegi. Dawn jinkludu: l-Business Promotion Act ir-regolamenti dwar iċ-Childcare titjib fil-mod kif joħorġu l-legal notices u kif dawn jaslu għand il-ħaddiema u min iħaddem, u informazzjoni dwar l-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol, white paper dwar r-riforma tal-penzjonijiet, tnaqqis ta’ l-abbuż mill-benefiċċji ta’ l-invalidita’, penali aktar ħorox għall min ma jiddikjarax ix-xogħol tiegħu, tnaqqis ta’ sistemi burokratiċi, jitħaffef il-proċess biex jitjiebu żoni industrijali, riforma fis-sistema ta’ ffinanzjar tas-settur ta’ l-edukazzjoni ogħla u tas-sistema tal-MATSEC u l-introduzzjoni ta’ programmi ta’ tagħlim individwalizzat mill-MCAST.
Inizjattivi ta’ analiżi u evalwazzjoni
Fl-2005 se jsiru 20 studju li minnhom hu mistenni li joħorġu proposti li jwasslu għal żvilupp fl-oqsma tal-kompettitivita’, turiżmu, xogħol, teleworking, childcare u oħrajn.
Il-Ministru Louis Galea spjega li l-uniku ħolqien ta’ impiegi irid jiġi mis-settur privat. “Sal-lum il-Gvern kien ‘employer’ li jikkontribwixxi għaż-żieda fin-numru ta’ impiegi, daqqa għal-ragunijiet tajba u drabi oħra għal ragunijiet ħżiena. Issa l-Gvern mhux biss mhux ser iżid impiegi hu talli jrid jgħaddi minn fażi fejn inaqqas is-sehem tiegħu fir-rata ta’ partecipazzjoni ta’ impiegi. Diga` fl-aħħar għaxar snin dan is-sehem niżel minn 42% għal 34% u jrid ikompli jonqos. B’hekk ilkoll irridu naħdmu biex it-tkabbir ekonomiku fis-settur privat joħloq biżżejjed impiegi biex jilqa` sew għall-bidliet li jkunu qed iseħħu fis-swieq li aħna naħdmu fihom kif ukoll għat-tnaqqis tal-Gvern fl-ekonomija tal-pajjiż.”
Kull min jixtieq jagħmel kummenti dwar il-Pjan għall-impiegi fadallu sal-24 ta’ Settembru. Il-Pjan imbagħad ser jintbagħat lill-Kummissjoni Ewropeja biex tevalwah fid-dawl tal-istrategija Ewropeja għall-impiegi. Il-Ministru Galea talab ukoll biex jinstab żmien fil-Kumitat tal-Parlament għall-Affarijiet Soċjali ħalli l-Membri Parlamentari jkunu jistgħu jagħtu l-fehmiet tagħhom.
DOI – 20.09.2004
Category of Measures | Page/ Nap | Measure | Responsibility | Funding | Due Date |
Direct Work Incentives | 54 | Extension of 15% part-time rate privilege to secondary breadwinner | Min Fin | Gvt | Jan 2005 |
54 | One-year tax holiday for women returners inactive for at least 5 years | Min Fin | Gvt | Jan 2005 | |
55 | Partial refund of childcare expenses | Min Fin | Gvt | Jun 2005 | |
Introduction of new/improved services and programmes | New Services | ||||
21 | Introduction of Vocational Guidance Unit | ETC | Gvt | Jan 2005 | |
21 | Introduction of Personal Action Plans | ETC | Gvt | Jan 2005 | |
21 | Introduction of Personal Advisor Service | ETC | Gvt | Jan 2005 | |
41 | Certification of standards of vocational competence | MPVQAC | (EU)/Gvt | 2005 | |
20 | Notification of job vacancies through SMS | ETC | Gvt | 2005 | |
30 | Emarketplace | Min Info Tech | Gvt | X 2005 | |
43 | Introduction of Adult Learning Unit | Div Educ | Gvt | X 2005 | |
62 | Centre for Disadvantaged Women (educ/tng/info) | Appogg/women in Business | ESF/Gvt | 2004-6 | |
New Schemes | |||||
22 | Training and Employment Exposure Scheme | ETC | ESF / Gvt | 2004-6 | |
27 | Start-up Programme for entrepreneurs | MaltaEnterprise | Gvt | ||
31 | Assistance to develop R&D and innovation capacity | MCST | ESF/Gvt | 2004-6 | |
44 | Training grants for employees in micro-enterprises | ETC | Gvt | Jan 05 | |
56 | Promotion of childcare services at work | ETC | ESF/Gvt | 2004-6 | |
62 | Supported Employment Scheme for disabled | ETC | ESF/Gvt | 2004-6 | |
New Training Programmes | |||||
21 | Enhanced one-day compulsory Jobsearch Seminars | ETC | Gvt | Jun 2004 | |
21 | Job motivation/advanced jobsearch programme | ETC | Gvt | Jan 2005 | |
22 | Training jobseekers in waste separation | Wasteserv | ESF/Wast | 2004-6 | |
31 | Training in Maltese crafts preservation | MCAST | ESF/Gvt | 2004-6 | |
31 | TNA and training for micro- & SMEs | MaltaEnterprise | ESF/Gvt | 2004-6 | |
30 | ECommerce Awareness Programme | Min Info Tech | Gvt | X 2005 | |
42 | Extended ECDL certification | Div Educ | Gvt | X 2005 | |
42 | New Certificate in Occupational Readiness | ETC | Gvt | Jul 05 | |
45 | Training/retraining in engineering | MCAST | ESF/Gvt | 2004-6 | |
45 | Training/retraining in electronics | MCAST | ESF/Gvt | 2004-6 | |
45 | Training/retraining in Building & Construction | MCAST | ESF/Gvt | 2004-6 | |
45 | Foundation training for non-qualified adults | MCAST | ESF/Gvt | 2004-6 | |
45 | Training in boat building | Fisheries Divn | ESF/Gvt | 2004-6 | |
45 | Training the trainers in ICT skills | Div Educ | ESF/Gvt | 2004-6 | |
46 | Training the trainers in literacy skills | Div Educ | ESF/Gvt | 2004-6 | |
46 | Introduction of community lifelong learning centre | Fndtn Educ Serv | ESF/Gvt | 2004-6 | |
46 | Training for semi-/unskilled in tourism sector | MTA | ESF/Gvt | 2004-6 | |
46 | Post-qualification training for doctors | St Luke’s Hosptl | ESF/Gvt | 2004-6 | |
57 | Training for women returners in IT & customer service | MCAST | ESF/Gvt | 2004-6 | |
60 | Compulsory 13-evening course for students exempted from completing secondary school | ETC | Gvt | Jun 05 | |
62 | Training in literacy | ETC | ESF/Gvt | 2004-6 | |
62 | Training to increase employability of socially excluded | Appogg | ESF/Gvt | 2004-6 | |
62 | Training of Inclusion Co-ordinators | Stud services/int relations Dept | ESF/Gvt | 2004-6 | |
74 | Comprehensive training programme in Gozo for jobseekers, graduates, entrepreneurs and small businesses, customer service and hospitality sectors | Min Gozo/ETC Gozo | ESF/Gvt | 2004-6 | |
74 | Training in Crafts, Gozo | Min Gozo | ESF/Gvt | 2004-6 | |
43 | New short courses in hospitality | MTA | Gvt | X 2005 | |
Planning of new/improved services | 27 | Plan to establish one-stop shop | MaltaEnterprise | Gvt | |
28 | Planning of incentives for private development of industrial parks | Malta Industrial Parks Ltd. | Gvt/priv sec | ||
30 | Plan to rationalise and improve entrepreneurship training | Min Competvns | Gvt | Oct 2005 | |
73 | Action Plan to enhance ETC services in Gozo | ETC | Gvt | Jun 2005 | |
Regulatory/administrative improvements & measures | 27/43 | Review of Business Promotion Act & amendments | MaltaEnterprise | Gvt | Jul 05 |
27 | Targeted BPA provisions for Gozo | MaltaEnterprise | Gvt | ||
28 | Shortened tendering procedure for development of industrial zones for SMEs and for upgrading of industrial estate infrastructure | Malta Industrial Parks Ltd. | Gvt | ||
29 | Project to improve bureaucracy requirements | Gvt | End-2005 | ||
35 | User-friendly publication of legal notices on employment and industrial relations | Dept Emp Ind Rels | Gvt | X 2005 | |
30 | Etrust | Min Info Tech | Gvt | X 2005 | |
35 | Improved reconciliation system to reduce industrial action | Dept Emp Ind Rels | Gvt | X 2005 | |
41 | Improved SEC certification | Div Educ | Gvt | X 2005 | |
41 | Improved trade testing | ETC | Gvt | X 2005 | |
42 | Introduction of Individual Student Learning Plans | MCAST | Gvt | X 2005 | |
43 | Reforms in Higher Education Funding/Maintenance Grants | Div Educ | Gvt | X 2005 | |
49 | Reforms to control potential abuse of invalidity benefits | Dept Soc Sec | Gvt | X 2005 | |
49 | White Paper on Pension Reform | Gvt | X 2005 | ||
55 | Promulgation of childcare services regulations | Min Fam Soc Sol | Gvt | X 2005 | |
35 | Manual to guide employers on gender equality issues | ETC | Gvt | Jan 05 | |
61 | Promulgation of legal notice entitling refugees to register for work | X | |||
69 | Strengthening of law enforcement complement | ETC | Gvt | Jan 05 | |
70 | Stricter penalties for undeclared work | ETC | Jan 05 | ||
Analysis and Evaluation | 36 | Report on Improving Malta’s Competitiveness | MCESD | Gvt | X 2005 |
20 | Cost Benefit Analysis of employment schemes | ETC | Gvt | Ongoing | |
20 | Evaluation of ETC schemes:
| ETC | Gvt | Sept 05 | |
20 | Client Satisfaction Surveys | ETC | Gvt | On exit | |
37 | Skills and Employment Forecast in Tourism | MTA | EU/Gvt | Apr 05 | |
37 | Report on issues and recommendations regarding employment in Tourism | Gvt | X 2005 | ||
49 | Study/recommendations on older inactive persons | ETC | Gvt | Jul 05 | |
55 | Study/recommendations on reducing occupational segregation by gender | ETC | Gvt | Jul 05 | |
55 | Study/recommendations on teleworking | ETC | Gvt | Jun 05 | |
55 | Research on prerequisites of affordable childcare | FHRD | |||
56 | Study/training on gender equality at St Luke’s Hospital | Min Health | ESF/Gvt | 2004-2006 | |
56 | Studies/training to promote family-friendly work model | NC Gender Equality | ESF/Gvt | 2004-6 | |
60 | Definition of disadvantaged groups in LM | NSO/ETC | Gvt | 2005 | |
66 | Making Work Pay report | ETC/DSS/IR | Gvt | 2005 | |
69 | Direct survey on undeclared work | ETC/NSO | Gvt | 2005 | |
73 | Training Needs Analysis, Gozo | ETC | Gvt | Sep 05 | |
To be added | Study of work aspirations, and LM barriers, of single mothers on benefits | ETC | Gvt | Jun 05 |
Other Press Releases:
PR261945
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU L-ITS Career Expo u l-Malta Skills C...
PR261944